+Artikolu 420 2.
|
Artikolu 420 2.
L-istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw b’mod regolari l-probabbiltà u l-volum potenzjali ta’ flussi ’l barra ta’ likwidità matul it-30 ġurnata li jmiss fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi, li mhumiex koperti mill-Artikoli 422, 423 u 424 u li huma joffru jew jisponsorjaw jew li xerrejja potenzjali jikkunsidrawhom bħala assoċjati magħhom, inkluż iżda mhux limitati għal flussi 'l barra ta' likwidità li jirriżultaw minn kwalunkwe arranġament kuntrattwali bħal obbligazzjonijiet oħra li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ jew obbligazzjonijiet ta’ finanzjament kontinġenti, inklużi, iżda mhux limitati għal, faċilitajiet ta' finanzjament impenjat, self mhux miġbud u avvanzi lil kontropartijiet bl-ingrossa, ipoteki li ġew miftiehma iżda li għadhom ma ttiħdux, karti tal-kreditu, self kurrenti, ħruġ ippjanat marbut mat-tiġdid jew l-estensjoni ta' self ġdid għall-konsumaturi jew għall-operaturi, ammonti pagabbli ta’ derivati ppjanati u l-prodotti marbutin mal-finanzjament tal-kummerċ barra mill-karta tal-bilanċ, kif imsemmi fl-Artikolu 429 u fl-Anness I. Dawn il-flussi ’l barra għandhom jiġu vvalutati bis-suppożizzjoni ta’ xenarju kombinat ta’ stress idjosinkratiku u fis-suq kollu. Għal din il-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw b’mod partikolari d-dannu materjali fir-reputazzjoni li jistgħu jirriżultaw mill- fatt li ma jkunux ingħata appoġġ ta' likwidità lil tali prodotti jew servizzi. Mill-anqas darba fis-sena, l-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti dawk il-prodotti u s-servizzi li l-probabbiltà u l-volum potenzjal tagħhom ta’ rati ta’ flussi ‘l barra ta’ likwidità imsemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu materjali u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-flussi ’l barra li jridu jiġu assenjati. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw rata ta' flussi ’l barra ta' mhux aktar minn 5 % għall-prodotti marbutin mal-finanzjament tal-kummerċ barra mill-karta tal-bilanċ, kif imsemmi fl-Artikolu 429 u l-Anness I. Mill-anqas darba fis-sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ABE t-tipi ta’ prodotti jew servizzi li għalihom ikunu ddeterminaw il-flussi ’l barra abbażi tar-rapporti mill-istituzzjonijiet. F’dak ir-rapport huma għandhom jispjegaw ukoll il-metodoloġija applikata sabiex jiġu determinati l-flussi ’l barra.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|