|
+Artikolu 428f 1. |
Artikolu 428f 1.Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' titratta assi u obbligazzjoni bħala interdipendenti, dment li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni taġixxi biss bħala unità pass-through biex twassal il-finanzjament mill-obbligazzjoni fl-assi interdipendenti korrispondenti;
(b)
l-assi u l-obbligazzjonijiet interdipendenti individwali jkunu identifikabbli b'mod ċar u jkollhom l-istess ammont prinċipali;
(c)
l-assi u l-obbligazzjoni interdipendenti għandhom maturitajiet sostanzjalment simetriċi, b'dewmien massimu ta' 20 ġurnata bejn il-maturità tal-assi u l-maturità tal-obbligazzjoni;
(d)
l-obbligazzjoni interdipendenti tkun ġiet mitluba skont impenn legali, regolatorju jew kuntrattwali u ma tintużax biex tiffinanzja assi oħra;
(e)
il-flussi ta' ħlas prinċipali mill-assi ma jintużawx għal finijiet oħra għajr il-ħlas lura tal-obbligazzjoni interdipendenti;
(f)
il-kontropartijiet għal kull par ta' assi u obbligazzjonijiet interdipendenti mhumiex l-istess. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|