+Artikolu 428f 2.

Artikolu 428f 2.

Assi u obbligazzjonijiet għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u jitqiesu bħala interdipendenti fejn huma marbuta direttament mal-prodotti jew is-servizzi li ġejjin:

(a) 

tfaddil regolat ċentralizzat, dment li l-istituzzjonijiet ikunu legalment meħtieġa jittrasferixxu d-depożiti regolati għal fond ċentralizzat li huwa stabbilit u kontrollat mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru u li jipprovdi self biex jippromwovi l-objettivi ta' interess pubbliku, u dment li t-trasferiment ta' depożiti għall-fond ċentralizzat isseħħ tal-inqas fuq bażi ta' kull xahar;

(b) 

self promozzjonali u faċilitajiet ta' kreditu u ta' likwidità li jissodisfaw il-kriterji sttipulati fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) għal istituzzjonijiet li jaġixxu ta' intermedjarji sempliċi li ma jsofru l-ebda riskju ta' finanzjament;

(c) 

bonds koperti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

ikunu bonds imsemmija fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE jew jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) ta' dan ir-Regolament;

(ii) 

is-self sottostanti jkun finanzjat b'mod kompletament mill-bonds koperti li kienu maħruġa jew il-bonds koperti jkollhom skattaturi tal-maturità estendibbli mhux diskrezzjonarji ta' sena waħda jew aktar sat-terminu tas-self sottostanti fil-każ ta' nuqqas ta' rifinanzjament fid-data tal-maturità tal-bond kopert;

(d) 

attivitajiet tal-ikklerjar tal-klijenti tad-derivattivi, dment li l-istituzzjoni ma tipprovdix garanziji tal-prestazzjoni tas-CCP lill-klijenti tagħha u, b'riżultat, ma ssofri l-ebda riskju ta' finanzjament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit