|
+Artikolu 428aq 7. |
Artikolu 428aq 7.Fil-każ ta' operazzjonijiet temporanji mhux standard imwettqa mill-BĊE jew mill-bank ċentrali ta' Stat Membru jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz sabiex iwettaq il-mandat tiegħu f'perijodu ta' stress finanzjarju fis-suq kollu jew ta' ċirkostanzi makroekonomiċi eċċezzjonali, l-assi li ġejjin jistgħu jirċievu fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas:
(a)
b'deroga mill-Artikolu 428aw u mill-punt (a) tal-Artikolu 428az(1), assi aggravati għall-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu;
(b)
b'deroga mill-Artikolu 428aw u mill-punt (b) tal-Artikolu 428ay, flejjes li jirriżultaw mill-operazzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw, bi qbil mal-bank ċentrali li jkun il-kontroparti għat-tranżazzjoni, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat għall-assi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Għall-assi aggravati msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li għandu jiġi applikat ma għandux ikun aktar baxx mill-fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ li japplika skont it-Taqsima 2 għal dawk l-assi li kieku kellhom jinżammu mhux aggravati. Meta japplikaw fattur ta' finanzjament stabbli meħtieġ imnaqqas f'konformità mat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw mill-qrib l-impatt ta' dak il-fattur imnaqqas fuq il-pożizzjonijiet ta' finanzjament stabbli tal-istituzzjonijiet u jieħdu l-miżuri superviżorji adatti fejn meħtieġ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|