|
+Artikolu 456 1. |
Artikolu 456 1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 462, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
(a)
jiġu ċċarati d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5, 142, 153, 192, 242, 272, 300, 381 u 411 sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament;
(b)
jiġu ċċarati d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4, 5, 142, 153, 192, 242, 272, 300, 381 u 411sabiex jitqiesu, fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;
(c)
emenda fil-lista tal-klassijiet ta’ skopertura fl-Artikoli 112 u 147 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;
(d)
l-ammont speċifikat fl-Artikolu 123(1), il-punt (b), l-Artikolu 147(5), il-punt (a), l-Artikolu 153(4) u l-Artikolu 162(4), biex jitqiesu l-effetti tal-inflazzjoni;
(e)
il-lista u klassifikazzjoni tal-punti barra l-karta tal-bilanċ fl-Annessi I u II, sabiex jittieħed kont tal-iżviluppi fis-swieq finanzjarji; ▼M9 —————
(h)
emendar tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kif stipulat fl-Artikoli 301 sa 311 ta' dan ir-Regolament u l-Artikoli 50a sa 50d tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 biex jittieħed kont ta’ żviluppi jew emendi għall-istandards internazzjonali għall-iskoperturi għal kontroparti ċentrali;
(i)
kjarifika tat-termini msemmija fir-rinunzji li jinsabu fl-Artikolu 400;
(j)
emendar tal-kalkolu kapitali u l-kalkolu tal-iskopertura totali tal-proporzjon ta’ lieva finanzjarja msemmija fl-Artikolu 429(2) sabiex jiġi kkoreġut kwalunkwe nuqqas misjub fuq il-bażi ta’ rappurtar imsemmi fl-Artikolu 430(1) qabel ma l-proporzjon ta’ lieva finanzjarja jkun irid jiġi ppubblikat mill-istituzzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 451(1)(a);
(k)
l-emendi għar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fit-Titoli II u III tal-Parti Tmienja biex jittieħed kont ta' żviluppi jew emendi tal-istandards internazzjonali dwar id-divulgazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|