|
+Artikolu 468 4. |
Artikolu 468 4.Fejn istituzzjoni tneħħi ammont ta’ telf mhux realizzat mill-entrati tagħha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tikkalkula mill-ġdid ir-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament u fid-Direttiva 2013/36/UE li huma kalkulati bl-użu ta’ kwalunkwe waħda mill-entrati li ġejjin:
(a)
l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jitnaqqas mill-elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) jew ponderat skont ir-riskju f’konformità mal-Artikolu 48(4);
(b)
l-ammont tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu. Meta jiġi kkalkulat mill-ġdid ir-rekwiżit rilevanti, l-istituzzjoni ma għandhiex tqis l-effetti li l-provvedimenti għat-telf ta’ kreditu mistenni relatati ma’ skoperturi għal gvernijiet ċentrali, għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 115(2) ta’ dan ir-Regolament u għal entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 116(4) ta’ dan ir-Regolament, għajr dawk l-assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness fir-rigward tal-IFRS 9, ikollhom fuq dawk l-entrati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|