|
+Artikolu 473a 2. |
Artikolu 473a 2.L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti A2,SA u A2,IRB imsemmija, rispettivament, fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 bħala l-ikbar ammont mill-ammonti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu separament għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u għall-iskoperturi tagħhom li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
(a)
żero;
(b)
l-ammont ikkalkulat skont il-punt (i) imnaqqas bl-ammont ikkalkulat skont il-punt (ii):
(i)
is-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-IFRS 9 kif stipulat fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (“l-Anness dwar l-IFRS 9”)u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9 mill-1 ta’ Jannar 2018 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9;
(ii)
l-ammont totali ta’ telf minn indeboliment fuq assi finanzjarji klassifikati bħala selfiet u riċevibbli, investimenti miżmuma sal-maturità u assi finanzjarji disponibbli għall-bejgħ, kif definit fil-paragrafu 9 tal-IAS 39, għajr strumenti ta’ ekwità u unitajiet jew ishma f’intrapriżi għal investiment kollettiv, iddeterminat f’konformità mal-paragrafi 63, 64, 65, 67, 68 u 70 tal-IAS 39 kif stipulat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 mill-31 ta’ Diċembru 2017 jew il-jum ta’ qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|