+Artikolu 473a 4.
|
Artikolu 473a 4.
Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, meta l-ammont speċifikat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3 jaqbeż l-ammont speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu A4,SA bħala ugwali għad-differenza bejn dawk l-ammonti, inkella dawn għandhom jistabbilixxu A4,SA għal żero. Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, meta l-ammont speċifikat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3, wara l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 5, jaqbeż l-ammont għal dawn l-iskoperturi kif speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 3, wara l-applikazzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu A4,IRB bħala ugwali għad-differenza bejn dawk l-ammonti, inkella dawn għandhom jistabbilixxu A4,IRB għal żero.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|