+Artikolu 473a 5.

Artikolu 473a 5.

Għall-iskoperturi li huma soġġetti għall-ponderazzjoni tar-riskju f’konformità mal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-paragrafi 2 sa 4 kif ġej:

(a) 

għall-kalkolu ta’ A2,IRB l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu kull wieħed mill-ammonti kkalkulati f’konformità mal-punti (b) (i) u (ii) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tal-ammonti ta’ telf mistennija kkalkolati skont l-Artikolu 158(5), (6) u (10) mill-31 ta’ Diċembru 2017 jew il-jum ta’ qabel id-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9. Fejn għall-ammont imsemmi fil-punt (b)(i) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu l-kalkolu jirriżulta f’numru negattiv, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ dak l-ammont għal żero. Fejn għall-ammont imsemmi fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu l-kalkolu jirriżulta f’numru negattiv, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur ta’ dak l-ammont għal żero;

▼M11

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament fid-data ta’ rapportar. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal żero;

(c) 

l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu bis-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni fi 12-il xahar iddeterminata f’konformità mal-paragrafu 5.5.5 tal-Anness dwar l-IFRS 9 u l-ammont tal-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 5.5.3 tal-Anness dwar l-IFRS 9, għajr il-kopertura għal telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, kif definit fl-Appendiċi A għall-Anness dwar l-IFRS 9, u, fejn ikun japplika l-Artikolu 468 ta’ dan ir-Regolament, għajr it-telf ta’ kreditu mistenni ddeterminat għal skoperturi mkejla b’valur ġust permezz ta’ dħul komprensiv ieħor f’konformità mal-paragrafu 4.1.2 A tal-Anness dwar l-IFRS 9, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard, imnaqqsa bis-somma tal-ammonti relatati ta’ telf mistenni għall-istess skoperturi kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10) ta’ dan ir-Regolament fl-1 ta’ Jannar 2020 jew fid-data tal-ewwel applikazzjoni tal-IFRS 9, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard. Fejn il-kalkolu jirriżulta f’ċifra negattiva, l-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-valur tal-ammont imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal żero.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit