Artikolu 495c 2.
L-EBA għandha tħejji rapport dwar il-kalibrazzjonijiet xierqa tal-parametri tar-riskju assoċjati mal-iskoperturi ta' kiri skont l-Approċċ IRB, u tal-piżijiet tar-riskju skont l-Approċċ Standardizzat, u b'mod partikolari dwar l-LGDs u l-Hc previsti fl-Artikolu 230. L-EBA għandha b'mod partikolari tinkludi fir-rapport tagħha data dwar in-numri medji ta' inadempjenzi u t-telf realizzat osservati fl-Unjoni għal skoperturi assoċjati ma' tipi differenti ta' proprjetajiet mikrija u tipi differenti ta' istituzzjonijiet li jwettqu attivitajiet ta' kiri. L-EBA għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2027. Abbażi ta' dak ir-rapport, u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istandards miftiehma internazzjonalment żviluppati mill-BCBS, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2028.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|