|
+Artikolu 501d 1. |
Artikolu 501d 1.Sat-30 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġi introdott trattament prudenzjali ddedikat għall-iskoperturi tal-kriptoassi, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali u r-Regolament (UE) 2023/1114. Dik il-proposta leġiżlattiva għandha tinkludi dan li ġej:
(a)
kriterji għall-assenjazzjoni tal-kriptoassi għal kategoriji differenti tal-kriptoassi abbażi tal-karatteristiċi tar-riskju tagħhom u l-konformità tagħhom ma' kundizzjonijiet speċifiċi;
(b)
rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji għar-riskji kollha li jinvolvu kriptoassi differenti;
(c)
limitu aggregat għall-iskoperturi għal tipi speċifiċi ta' kriptoassi;
(d)
rekwiżiti speċifiċi tal-proporzjon tal-lieva għall-iskoperturi tal-kriptoassi;
(e)
setgħat superviżorji speċifiċi fir-rigward tal-assenjazzjoni, il-monitoraġġ u l-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal skoperturi tal-kriptoassi;
(f)
rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità għall-iskoperturi tal-kriptoassi;
(g)
rekwiżiti ta' divulgazzjoni u rapportar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|