|
+Artikolu 519d 2. |
Artikolu 519d 2.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jqis dan kollu li ġej:
(a)
il-grad ta' lieva finanzjarja barra mis-sistema bankarja fl-Unjoni u l-punt sa fejn il-qafas minimu ta' telf impost jista' jnaqqas dik il-lieva finanzjarja jekk issir eċċessiva;
(b)
il-materjalità tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli miżmuma mill-istituzzjonijiet fl-Unjoni li huma soġġetti għall-qafas minimu ta' telf impost, inkluż id-diżaggregazzjoni ta' dawk it-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli li ma jikkonformawx mal-minimi ta' telf impost;
(c)
l-impatt stmat tal-qafas minimu ta' telf impost għal istituzzjonijiet fl-Unjoni taħt iż-żewġ approċċi ta' implimentazzjoni rrakkomandati mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, jiġifieri regolamentazzjoni tas-suq jew rekwiżit ta' fondi proprji aktar punittiv skont dan ir-Regolament, f'xenarju li fih l-istituzzjonijiet fl-Unjoni ma jaġġustawx it-telf impost għat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli tagħhom biex jikkonformaw mal-minimi ta' telf impost, u l-impatt stmat tal-qafas minimu ta' telf impost skont xenarju alternattiv li fih l-istituzzjonijiet fl-Unjoni jaġġustaw dak it-telf impost biex jikkonformaw mal-minimi ta' telf impost;
(d)
il-fatturi ewlenin wara dawk l-impatti stmati, kif ukoll il-konsegwenzi potenzjali mhux intenzjonati tal-introduzzjoni ta' qafas minimu ta' telf impost fuq il-funzjonament tas-swieq tat-tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli fl-Unjoni;
(e)
l-approċċ ta' implimentazzjoni li jkun l-aktar effettiv biex jintlaħqu l-objettivi regolatorji tal-qafas minimu ta' telf impost fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) u filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ekwi fis-settur finanzjarju kollu fl-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|