+Artikolu 13 Tneħħija ta’ ċerti impedimenti għall-eżerċizzju effettiv ta’ drittijiet tal-vot
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
|
Artikolu 13 Tneħħija ta’ ċerti impedimenti għall-eżerċizzju effettiv ta’ drittijiet tal-vot
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Dan l-Artikolu japplika fejn persuna fiżika jew ġuridika, li hija rikonoxxuta bħala azzjonista mil-liġi applikabbli taġixxi f’isem persuna fiżika jew ġuridika oħra (il-“klijent”) fit-tħaddim ta’ negozju.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Fejn il-liġi applikabbli timponi rekwiżiti ta’ żvelar bħala prerekwiżit għall-eżerċizzju ta’ drittijiet tal-vot minn azzjonist imsemmi fil-paragrafu 1, rekwiżiti bħal dawn ma għandhomx imorru lil hinn minn lista li tiżvela lill-kumpanija l-identità ta’ kull klijent u n-numru ta’ ishma vvotati f’ismu.
|
|
Artikolu 13 3.
|
Meta l-liġi applikabbli timponi rekwiżiti formali għall-awtorizzazzjoni ta’ azzjonist imsemmi fil-paragrafu 1 sabiex jeżerċita d-dritt tal-vot, jew għall-istruzzjonijiet għall-votazzjoni, dawn ir-rekwiżiti formali ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-identifikazzjoni tal-klijent, jew għall-possibiltà ta’ verifika tal-kontenut ta’ l-istruzzjonijiet tal-votazzjoni, rispettivament, u għandhom ikunu proporzjonati mal-kisba ta’ dawk l-objettivi.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Azzjonist imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħalla jitfa’ voti marbuta ma’ wħud mill-ishma b’mod differenti minn voti marbuta ma’ ishma oħra.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Fejn il-liġi applikabbli tillimita n-numru ta’ persuni li azzjonist jista’ jaħtar bħala prokuratur skond l-Artikolu 10(2), limitazzjoni bħal din ma għandhiex iżżomm azzjonist imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu milli jagħti prokura lil kull wieħed mill-klijenti tiegħu jew lil kwalunkwe parti terza magħżula minn klijent.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|