+Artikolu 35 1.

Artikolu 35 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli dwar l-aċċess ta’ fornituri ta’ servizz ta’ pagament awtorizzati jew reġistrati li huma persuni ġuridiċi għal sistemi ta’ pagament huma oġġettivi, nondiskriminatorji u proporzjonati u li huma ma jxekklux l-aċċess aktar milli jkun meħtieġ għas-salvagwardja kontra riskji speċifiċi bħar-riskju ta’ saldu, ir-riskju operazzjonali u r-riskju tan-negozju u għall-protezzjoni tal-istabbiltà finanzjarja u operazzjonali tas-sistema ta’ pagament.

Is-sistemi ta’ pagament ma għandhom jimponu l-ebda waħda mir-rekwiżiti li ġejjin fuq fornituri tas-servizzi ta’ pagament, fuq utenti tas-servizzi ta’ pagament jew fuq sistemi oħra ta’ pagament:

(a) 

regola restrittiva dwar parteċipazzjoni effettiva f’sistemi oħra ta’ pagament;

(b) 

regola li tiddiskrimina bejn fornituri awtorizzati ta’ servizzi ta’ pagament jew bejn fornituri reġistrati ta’ servizzi ta’ pagament f’relazzjoni mad-drittijiet, l-obbligi u dak li jkunu intitolati għalih il-parteċipanti;

(c) 

restrizzjoni abbażi tal-istatus istituzzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit