|
+Artikolu 42 1. |
Artikolu 42 1.Fil-każijiet ta’ strumenti ta’ pagament li, skont il-kuntratt qafas rilevanti, jikkonċernaw biss tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali li ma jeċċedux EUR 30 jew li għandhom limitu ta’ nfiq ta’ EUR 150 jew li jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jeċċedu EUR 150:
(a)
b’deroga mill-Artikoli 51, 52 u 56, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lil min iħallas biss b’informazzjoni dwar il-karatteristiċi prinċipali tas-servizz ta’ pagament, inkluż il-mod kif l-istrument ta’ pagament jista’ jintuża, ir-responsabbiltà, l-imposti mitluba u informazzjoni materjali oħra meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni informata kif ukoll indikazzjoni ta’ fejn isiru disponibbli b’mod faċilment aċċessibbli kwalunkwe informazzjoni u kundizzjonijiet oħrajn speċifikati fl-Artikolu 52;
(b)
jista’ jiġi maqbul li, b’deroga mill-Artikolu 54, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhuwiex rikjest li jipproponi tibdil għall-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1);
(c)
jista’ jiġi maqbul li, b’deroga mill-Artikoli 57 u 58, wara l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament:
(i)
il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jipprovdi jew jagħmel disponibbli biss referenza li tippermetti lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament, l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament, kwalunkwe imposta u/jew, fil-każ ta’ bosta tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-istess tip magħmula lill-istess benefiċjarju, informazzjoni dwar l-ammont totali u l-imposti għal dawk it-tranżazzjonijiet ta’ pagament;
(ii)
il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament mhuwiex rikjest li jipprovdi jew jagħmel disponibbli l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) jekk l-istrument ta’ pagament jintuża b’mod anonimu jew jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament altrimenti ma jkunx teknikament f’pożizzjoni li jipprovdiha. Madankollu, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jipprovdi lill-pagatur bil-possibbiltà li jivverifika l-ammont tal-fondi maħżuna. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|