Artikolu 54 1.
Kwalunkwe bidla fil-kuntratt qafas jew fl-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 52 għandhom ikunu proposti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1) u mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data ta’ applikazzjoni proposta tagħhom. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jaċċetta jew jirrifjuta l-bidliet qabel id-data proposta għad-dħul fis-seħħ tagħhom. Fejn applikabbli skont il-punt (6)(a) tal-Artikolu 52, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li huwa ser jitqies li aċċetta dawk il-bidliet jekk ma jgħarrafx lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ tagħhom li mhumiex aċċettati. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu wkoll jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li, fl-eventwalità li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta dawk il-bidliet, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikollu d-dritt jittermina l-kuntratt qafas mingħajr ħlas u b’effett fi kwalunkwe mument sad-data li fiha l-bidla kienet tapplika.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|