+Artikolu 68 L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn
---+Artikolu 68 1.
---+Artikolu 68 2.
---+Artikolu 68 3.
---+Artikolu 68 4.
|
Artikolu 68 L-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 68 1.
|
L-Artikoli 64 u 67 ma għandhomx jipprekludu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
l-iskambju ta’ informazzjoni bejn bosta awtoritajiet superviżorji fl-istess Stat Membru, fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom;
(b)
l-iskambju ta’ informazzjoni, fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom, bejn l-awtoritajiet superviżorji u kwalunkwe min dawn li ġejjin li jinsabu fl-istess Stat Membru:
(i)
awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u organizzazzjonijiet oħrajn finanzjarji u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;
(ii)
organizzazzjonijiet involuti fix-xoljiment u l-falliment tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni u fi proċeduri oħrajn simili;
(iii)
persuni responsabbli li jwettqu verifiki skont il-liġi taż-żamma tal-kotba tal-impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji;
▼M8
(iv)
awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet marbutin b’obbligu elenkati fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
) għal konformità ma’ dik id-Direttiva;
▼B
(ċ)
l-iżvelar, lil organizzazzjonijiet li jamministraw proċeduri ta’ stralċ obbligatorju jew fondi ta’ garanzija, ta’ infomazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom.
L-iskambju tal-informazzjoni msemmi fil-punti (b) u (c) jista’ jseħħ ukoll bejn Stati Membri differenti.
L-informazzjoni rċevuta minn dawk l-awtoritajiet, organizzazzjonijiet u persuni għandha tkun suġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali stabbilit fl-Artikolu 64.
|
|
Artikolu 68 2.
|
L-Artikoli 64 sa 67, ma għandhomx jipprekludu l-Istati Membri milli jawtorizzaw skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw l-organizzazzjonijiet involuti fl-istralċ jew il-falliment ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni fi proċeduri oħrajn simili;
(b)
l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-persuni inkarigati biex jagħmlu l-verifiki skont il-liġi taż-żamma tal-kotba ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet oħrajn finanzjarji;
(ċ)
attwarji independenti ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew impriżi tar-riassigurazzjoni li jwettqu superviżjoni legali fuq dawk l-impriżi u l-organizzazzjonijiet responsabbli li jissorveljaw lil dawk l-attwarji.
L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu għandhom jeħtieġu għall-inqas li jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet:
(a)
l-informazzjoni għandha tkun għall-iskop li jitwettaq kontroll jew superviżjoni legali kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu;
(b)
l-informazzjoni riċevuta trid tkun suġġetta għall-obbligazzjonij tas-segretezza professjonali stipulati fl-Artikolu 64;
(ċ)
fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtorita’ superviżorja minn fejn toriġina u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorita’ tat il-kunsens tagħha.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn l-ismijiet tal-awtoritajiet, il-persuni u l-organizzazzjonijiet li jistgħu jirċievu informazzjoni skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi.
|
|
Artikolu 68 3.
|
L-Artikoli 64 sa 67 ma għandhomx jipprekludu l-Istati Membri milli jawtorizzaw, bl-għan li jsaħħu l-istabbiltà, u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet responsabbli għat-tkixxif u l-investigazzjoni ta’ ksur tal-liġi dwar il-kumpaniji.
L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu għandhom jeħtieġu għall-inqas li jintlaħqu dawn il-kondizzjonijiet:
(a)
l-informazzjoni trid tkun maħsuba għat-tkixxif u l-investigazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu;
(b)
l-informazzjoni riċevuta trid tkun suġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali stipulat fl-Artikolu 64;
(ċ)
fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-awtoritajiet superviżorji minn fejn toriġina u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom dawk l-awtoritajiet taw il-kunsens tagħhom.
Fejn, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jwettqu l-funzjoni tagħhom ta’ skoperta jew investigazzjoni bl-għajnuna ta’ persuni mqabbda, in vista tal-kompetenza speċifika tagħhom, għal dak l-għan u mhux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibbiltà ta’ tpartit ta’ informazzjoni provduta fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi estiża għal dawk il-persuni taħt il-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu.
Sabiex jiġi implimentat punt (c) tat-tieni subparagrafu, l-awtoritajiet jew l-organizzazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet superviżorji minn fejn toriġina l-informazzjoni l-ismijiet u r-responsabbiltajiet preċiżi tal-persuna li jintbagħtu lilha.
|
|
Artikolu 68 4.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet tal-awtoritajiet, il-persuni jew il-korpi li jistgħu jirċievu l-informazzjoni skont il-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|