+Artikolu 73 2.
|
Artikolu 73 2.
Meta t-tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda permezz ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont għandu jħallas lura minnufih, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmiem il-jum ta’ negozju li jmiss l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata u, meta applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat għall-istat li fih dan kien ikun li kieku t-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata ma seħħitx. Jekk il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament ikun responsabbli għat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata, huwa għandu jikkumpensa minnufih lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jġestixxi l-kont, fuq talba tiegħu, għat-telf li dan ġarrab jew ammont li ħallas bħala riżultat tar-rimborż lill-pagatur, inkluż l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. F’konformità mal-Artikolu 72(1), il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament għandu jġorr il-piż li jagħti prova li fl-isfera tal-kompetenza tiegħu, it-tranżazzjoni ta’ pagament tkun ġiet awtentikata, irreġistrata b’mod preċiż u ma tkunx ġiet affettwata minn problema teknika jew defiċjenza oħra marbuta mas-servizz ta’ pagament li huwa tiegħu huwa inkarigat.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|