|
+Artikolu 15 1. |
Artikolu 15 1.Persuna li tagħmel żvelar pubbliku għandha tikkwalifika għal protezzjoni taħt din id-Direttiva jekk kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfatta:
(a)
il-persuna l-ewwel irrapportat internament, jew direttament esternament f’konformità mal-Kapitoli II u III, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni xierqa b’rispons għar-rapport fil-perijodu ta’ żmien imsemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 9(1) jew fil-punt (d) tal-Artikolu 11(2); jew
(b)
il-persuna għandha raġunijiet ġustifikati biex temmen li:
(i)
il-ksur jista’ jikkostitwixxi periklu imminenti jew evidenti għall-interess pubbliku, bħal fejn ikun hemm sitwazzjoni ta’ emerġenza jew riskju ta’ dannu irriversibbli; jew
(ii)
fil-każ ta’ rapportar estern, ikun hemm riskju ta’ ritaljazzjoni jew ikun hemm prospett baxx li l-ksur li jkun qed jiġi indirizzat b’mod effettiv, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, bħal dawk fejn l-evidenza tista’ tinħeba jew tinqered jew fejn awtorità tista’ tkun f’kollużjoni mal-awtur tal-ksur jew involuta fil-ksur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|