Artikolu 1
L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tapprossimizza l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għal ċerti prodotti u servizzi billi, b’mod partikolari, telimina u tevita ostakli għall-moviment liberu ta’ prodotti u servizzi koperti minn din id-Direttiva li jirriżultaw minn rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà diverġenti fl-Istati Membri.