+Auditor requirements

Auditor requirements

Ensure that the internal audit staff possess sufficient ICT risk knowledge, skills, and expertise to perform the audits. Also, ensure the independence of the audit function.

1. Ħarsa ġenerali

Titlu Standard

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Regolamenti relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Regolamenti relatati

Regolamenti
Sors Regolamentazzjoni
EULAW Artikolu 6 6

6.   Il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT tal-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandu jkun soġġett għal awditu intern minn awdituri fuq bażi regolari skont il-pjan ta’ awditu tal-entitajiet finanzjarji. Dawk l-awdituri għandu jkollhom biżżejjed għarfien, ħiliet u għarfien espert fir-riskju tal-ICT, kif ukoll indipendenza xierqa. Il-frekwenza u l-enfasi tal-awditi tal-ICT għandhom ikunu proporzjonati mar-riskju tal-ICT tal-entità finanzjarja.

EULAW Artikolu 11 3

3.   Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandhom jimplimentaw pjanijiet ta’ rispons u rkupru għall-ICT assoċjati, li fil-każ ta’ entitajiet finanzjarji għajr il-mikrointrapriżi, għandhom ikunu soġġetti għal rieżamijiet ta’ awditjar intern.

EULAW Artikolu 13 7

7.   L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jimmonitorjaw l-iżviluppi teknoloġiċi rilevanti fuq bażi kontinwa, anki bil-ħsieb li jifhmu l-impatt possibbli tal-użu ta’ tali teknoloġiji ġodda fuq ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-ICT u fuq ir-reżiljenza operazzjonali diġitali. Huma għandhom iżommu ruħhom aġġornati dwar l-aħħar proċessi tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, sabiex jiġġieldu b’mod effettiv kontra l-forom attwali jew ġodda ta’ ċiberattakki.

EULAW Artikolu 28 6

6.   Fl-eżerċizzju tad-drittijiet tal-aċċess, tal-ispezzjoni u tal-awditjar fuq il-fornitur terz tas-servizzi tal-ICT, l-entitajiet finanzjarji għandhom, abbażi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju, jiddeterminaw minn qabel il-frekwenza tal-awditi u tal-ispezzjonijiet kif ukoll l-oqsma li għandhom jiġu awditjati billi jaderixxu ma’ standards tal-awditjar aċċettati b’mod komuni f’konformità ma’ kwalunkwe struzzjoni superviżorja dwar l-użu u l-inkorporazzjoni ta’ tali standards tal-awditjar.

Fejn l-arranġamenti kuntrattwali konklużi ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT dwar l-użu ta’ servizzi tal-ICT jinvolvu kumplessità teknika għolja, l-entità finanzjarja għandha tivverifika li l-awdituri, kemm jekk interni kif ukoll jekk esterni, jew diversi awdituri, għandhomx il-ħiliet u l-għarfien xieraq biex iwettqu l-awditi u l-valutazzjonijiet rilevanti.