+Crisis Management
|
Crisis Management
Formulate and maintain a crisis management team tasked with overseeing and coordinating actions during a crisis or major disruption. Regularly review recovery/response plans. Make necessary adjustments to enhance effectiveness.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 11 1
1. Bħala parti mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1) u abbażi tar-rekwiżiti ta’ identifikazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 8, l-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu politika komprensiva tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, li tista’ tiġi adottata bħala politika speċifika dedikata, li tifforma parti integrali mill-politika globali tal-kontinwità tal-operat tal-entità finanzjarja.
|
|
EULAW
|
Artikolu 11 6
6. Bħala parti mill-ġestjoni komprensiva tar-riskju tal-ICT tagħhom, l-entitajiet finanzjarji għandhom:
|
(a)
|
jittestjaw il-pjanijiet ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet ta’ rispons u rkupru għall-ICT fir-rigward tas-sistemi tal-ICT li jappoġġjaw il-funzjonijiet kollha mill-anqas darba f’sena, kif ukoll fil-każ ta’ kwalunkwe bidla sostantiva fis-sistemi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti;
|
|
(b)
|
jittestjaw il-pjanijiet ta’ komunikazzjoni tal-kriżijiet stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 14.
|
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jinkludu fil-pjanijiet tal-ittestjar xenarji ta’ ċiberattakki u l-qlib minn infrastruttura primarja tal-ICT għall-oħra u l-kapaċità żejda, il-backups u l-faċilitajiet żejda meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 12.
L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrevedu regolarment il-politika tagħhom tal-kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet tagħhom ta’ rispons u rkupru għall-ICT, filwaqt li jqisu r-riżultati tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-ewwel subparagrafu u mar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn kontrolli tal-awditjar jew rieżamijiet superviżorji.
|
|
EULAW
|
Artikolu 11 2
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jimplimentaw il-politika tal-kontinwità tal-operat tal-ICT permezz ta’ arranġamenti, pjanijiet, proċeduri u mekkaniżmi ddedikati, xierqa u ddokumentati bil-għan li:
|
(a)
|
jiżguraw il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja;
|
|
(b)
|
jirrispondu malajr, b’mod xieraq u effettiv għall-inċidenti kollha relatati mal-ICT, u jirriżolvuhom, b’mod li jillimita l-ħsara u jagħti prijorità lit-tkomplija tal-attivitajiet u tal-azzjonijiet ta’ rkupru;
|
|
(c)
|
jattivaw, mingħajr dewmien, pjanijiet iddedikati li jippermettu miżuri ta’ trażżin, proċessi u teknoloġiji adatti għal kull tip ta’ inċident relatat mal-ICT u jipprevjenu aktar ħsara, kif ukoll proċeduri ta’ rispons u rkupru mfassla apposta stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 12;
|
|
(d)
|
jagħtu stima preliminari tal-impatti, il-ħsarat u t-telf;
|
|
(e)
|
jistipulaw azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet li jiżguraw li l-informazzjoni aġġornata tintbagħat lill-persunal intern u lill-partijiet ikkonċernati esterni rilevanti kollha f’konformità mal-Artikolu 14, u jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 19.
|
|
|
EULAW
|
Artikolu 11 4
4. L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu, iżommu u jittestjaw perjodikament il-pjanijiet xierqa tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, b’mod partikolari fir-rigward ta’ funzjonijiet kritiċi jew importanti esternalizzati jew ikkuntrattati permezz ta’ arranġamenti ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 11 5
5. Bħala parti mill-politika ġenerali tal-kontinwità tal-operat, l-entitajiet finanzjarji għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt fuq in-negozju (BIA) tal-esponiment tagħhom għal tqallib serju fl-operat. Skont il-BIA, l-entitajiet finanzjarji għandhom jivvalutaw l-impatt potenzjali ta’ tqallib serju fl-operat permezz ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi, bl-użu ta’ data interna u esterna u analiżi tax-xenarji, kif xieraq. Il-BIA għandha tikkunsidra l-kritikalità tal-funzjonijiet tan-negozju identifikati u mmappjati, il-proċessi ta’ appoġġ, id-dipendenzi ta’ partijiet terzi u l-assi tal-informazzjoni, u l-interdipendenzi tagħhom. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiżguraw li l-assi tal-ICT u s-servizzi tal-ICT jitfasslu u jintużaw f’allinjament sħiħ mal-BIA, b’mod partikolari sabiex jiżguraw kif xieraq ir-ridondanza tal-komponenti kritiċi kollha.
|
|
EULAW
|
Artikolu 11 7
7. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandu jkollhom funzjoni ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, li, f’każ ta’ attivazzjoni tal-pjanijiet tagħhom ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT jew tal-pjanijiet tagħhom ta’ rispons u rkupru għall-ICT, għandha, fost oħrajn, tistabbilixxi proċeduri ċari għall-ġestjoni tal-komunikazzjonijiet interni u esterni għall-kriżijiet f’konformità mal-Artikolu 14.
|
|
EULAW
|
Artikolu 11 8
8. L-entitajiet finanzjarji għandhom iżommu rekords aċċessibbli fil-pront tal-attivitajiet qabel u waqt każijiet ta’ tfixkil meta jiġu attivati l-pjanijiet tagħhom ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet tagħhom ta’ rispons u ta’ rkupru għall-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 11 9
9. Id-depożitorji ċentrali tat-titoli għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bil-kopji tar-riżultati tat-testijiet tal-kontinwità tal-operat tal-ICT, jew ta’ eżerċizzji simili.
|
|
EULAW
|
Artikolu 11 10
10. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba tagħhom, stima annwali aggregata tal-kostijiet u tat-telf ikkawżati minn inċidenti kbar relatati mal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 14 1
1. Bħala parti mill-qafas ta’ ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-entitajiet finanzjarji għandu jkollhom fis-seħħ pjanijiet ta’ komunikazzjoni tal-kriżijiet li jippermettu divulgazzjoni responsabbli ta’ inċidenti jew vulnerabbiltajiet relatati mal-ICT, tal-anqas dawk kbar, mal-klijenti u mal-kontropartijiet, kif ukoll mal-pubbliku, kif xieraq.
|
|