+Incident Tracking
|
Incident Tracking
Develop procedures to identify, track, log, categorize, and classify ICT-related incidents based on priority, severity, and criticality of impacted services. Maintain records of all ICT-related incidents and significant cyber threats. Implement a monitoring process to track incidents and cyber threats.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 13 2
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu rieżamijiet għal wara li inċident kbir relatat mal-ICT jfixkel l-attivitajiet ewlenin tagħhom, billi janalizzaw il-kawżi tat-tfixkil u jidentifikaw it-titjib meħtieġ fl-operazzjonijiet tal-ICT jew fil-politika tal-kontinwità tal-operat tal-ICT imsemmija fl-Artikolu 11.
L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom, fuq talba, jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-bidliet li ġew implimentati wara li jkunu saru r-rieżamijiet ta’ wara inċident relatat mal-ICT kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Ir-rieżamijiet li jsiru wara l-inċidenti relatati mal-ICT imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiddeterminaw jekk il-proċeduri stabbiliti ġewx segwiti u jekk l-azzjonijiet meħuda kinux effettivi, inkluż rigward dan li ġej:
|
(a)
|
il-prontezza fir-rispons għall-allerti tas-sigurtà u d-determinazzjoni tal-impatt tal-inċidenti relatati mal-ICT u s-severità tagħhom;
|
|
(b)
|
il-kwalità u l-ħeffa tat-twettiq ta’ analiżi forensika, fejn tqieset xierqa;
|
|
(c)
|
l-effettività tal-eskalazzjoni tal-inċidenti fl-entità finanzjarja;
|
|
(d)
|
l-effettività tal-komunikazzjoni interna u esterna.
|
|
|
EULAW
|
Artikolu 14 3
3. Mill-inqas persuna waħda fl-entità finanzjarja għandha tingħata l-kompitu li timplimenta l-istrateġija ta’ komunikazzjoni għal inċidenti relatati mal-ICT u taqdi l-funzjoni pubblika u għall-media għal dak l-iskop.
|
|
EULAW
|
Artikolu 17 1
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jiddefinixxu, jistabbilixxu u jimplimentaw proċess ta’ ġestjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT biex jindividwaw, jimmaniġġjaw u jinnotifikaw inċidenti relatati mal-ICT.
|
|
EULAW
|
Artikolu 17 2
2. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirreġistraw l-inċidenti kollha relatati mal-ICT u t-theddid ċibernetiku sinifikanti. L-entitajiet finanzjarji għandhom jistabbilixxu proċeduri u proċessi xierqa biex jiżguraw monitoraġġ, maniġġar u segwitu konsistenti u integrati tal-inċidenti relatati mal-ICT, biex jiżguraw li l-kawżi ewlenin jiġu identifikati, iddokumentati u indirizzati sabiex jipprevjenu tali inċidenti.
|
|
EULAW
|
Artikolu 17 3
3. Il-proċess ta’ ġestjoni tal-inċidenti relatati mal-ICT imsemmi fil-paragrafu 1 għandu:
|
(a)
|
jistabbilixxi indikaturi ta’ twissija bikrija;
|
|
(b)
|
jistabbilixxi proċeduri biex jidentifikaw, jittraċċaw, jirreġistraw, jikkategorizzaw u jikklassifikaw inċidenti relatati mal-ICT skont il-prijorità tagħhom u s-severità u skont il-kritikalità tas-servizzi milquta, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18(1);
|
|
(c)
|
jassenja rwoli u responsabbiltajiet li jeħtieġ li jiġu attivati għal tipi u xenarji differenti ta’ inċidenti relatati mal-ICT;
|
|
(d)
|
jistabbilixxi pjanijiet għall-komunikazzjoni mal-persunal, mal-partijiet ikkonċernati esterni u mal-media f’konformità mal-Artikolu 14, u għan-notifika lill-klijenti, għall-proċeduri interni ta’ eskalazzjoni, inkluż ilmenti tal-klijenti relatati mal-ICT, kif ukoll għall-għoti ta’ informazzjoni lill-entitajiet finanzjarji li jaġixxu bħala kontropartijiet, kif xieraq;
|
|
(e)
|
jiżgura li mill-inqas l-inċidenti l-kbar relatati mal-ICT jiġu rrappurtati lill-maniġment superjuri rilevanti u li l-korp maniġerjali jiġi infurmat dwar inċidenti relatati mal-ICT, mill-inqas dawk kbar, filwaqt li jispjega l-impatt, ir-rispons u l-kontrolli addizzjonali li għandhom jiġu stabbiliti bħala riżultat ta’ inċidenti bħal dawn relatati mal-ICT;
|
|
(f)
|
jistabbilixxi proċeduri ta’ rispons għal inċidenti relatati mal-ICT biex jittaffu l-impatti u jiżgura li s-servizzi jsiru operazzjonali u siguri fil-waqt.
|
|
|
EULAW
|
Artikolu 19 1
1. L-entitajiet finanzjarji għandhom jirrapportaw inċidenti kbar relatati mal-ICT lill-awtorità kompetenti rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 46 f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Meta entità finanzjarja tkun soġġetta għal superviżjoni minn aktar minn awtorità kompetenti nazzjonali waħda msemmija fl-Artikolu 46, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti waħda bħala l-awtorità kompetenti rilevanti responsabbli biex twettaq il-funzjonijiet u d-dmirijiet previsti f’dan l-Artikolu.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kklassifikati bħala sinifikanti, skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, għandhom jirrapportaw inċidenti kbar relatati mal-ICT lill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti ddeżinjata skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, li għandha tibgħat immedjatament dak ir-rapport lill-BĊE.
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, l-entitajiet finanzjarji għandhom jipproduċu, wara li jiġbru u janalizzaw l-informazzjoni rilevanti kollha, in-notifika u r-rapporti inizjali msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fuq il-mudelli msemmija fl-Artikolu 20 u jippreżentawhom lill-awtorità kompetenti. F’każ li jkun teknikament impossibbli li tintbagħat in-notifika inizjali fuq il-mudell, l-entitajiet finanzjarji għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwarha b’mezzi oħra.
In-notifika u r-rapporti inizjali msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddetermina s-sinifikat tal-inċident kbir relatat mal-ICT u tivvaluta l-impatti transfruntiera possibbli.
Mingħajr preġudizzju għar-rappurtar skont l-ewwel subparagrafu mill-entità finanzjarja lill-awtorità kompetenti rilevanti, l-Istati Membri jistgħu, barra minn dan, jiddeterminaw li xi entitajiet finanzjarji, jew kollha, għandhom ukoll jipprovdu n-notifika inizjali u kull rapport imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fuq il-mudelli msemmija fl-Artikolu 20 lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-Iskwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (CSIRTs) iddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555.
|
|
EULAW
|
Artikolu 19 2
2. L-entitajiet finanzjarji jistgħu, fuq bażi volontarja, jinnotifikaw theddidiet ċibernetiċi sinifikanti lill-awtorità kompetenti rilevanti meta jqisu li t-theddida tkun ta’ rilevanza għas-sistema finanzjarja, għall-utenti tas-servizzi jew għall-klijenti. L-awtorità kompetenti rilevanti tista’ tipprovdi tali informazzjoni lil awtoritajiet rilevanti oħra msemmija fil-paragrafu 6.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu kklassifikati bħala sinifikanti, skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, jistgħu, fuq bażi volontarja, jinnotifikaw theddid ċibernetiku sinifikanti lill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti, iddeżinjata skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, li għandha tibgħat immedjatament dak ir-rapport lill-BĊE.
L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li dawk l-entitajiet finanzjarji li, f’konformità mal-ewwel subparagrafu, jinnotifikaw fuq bażi volontarja, jistgħu jibagħtu wkoll dik in-notifika lis-CSIRTs iddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555.
|
|
EULAW
|
Artikolu 19 3
3. Meta jseħħ inċident kbir relatat mal-ICT u dan ikollu impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-klijenti, l-entitajiet finanzjarji għandhom, mingħajr dewmien żejjed malli jindunaw bih, jinformaw lill-klijenti tagħhom dwar l-inċident kbir relatat mal-ICT u dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex itaffu l-effetti negattivi ta’ inċident bħal dak.
Fil-każ ta’ theddida ċibernetika sinifikanti, l-entitajiet finanzjarji għandhom, fejn applikabbli, jinformaw lill-klijenti tagħhom li potenzjalment ġew affettwati dwar kwalunkwe miżura ta’ protezzjoni xierqa li jistgħu jikkunsidraw li jieħdu bħala klijenti.
|
|
EULAW
|
Artikolu 19 4
4. L-entitajiet finanzjarji għandhom, fil-limiti ta’ żmien li jiġu stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), il-punt (ii), jippreżentaw dan li ġej lill-awtorità kompetenti rilevanti:
|
(b)
|
rapport intermedju wara n-notifika inizjali msemmija fil-punt (a), hekk kif l-istatus tal-inċident oriġinali jkun inbidel b’mod sinifikanti jew it-trattament tal-inċident kbir relatat mal-ICT ikun inbidel abbażi tal-informazzjoni ġdida disponibbli, segwit, kif xieraq, minn notifiki aġġornati kull darba li jkun disponibbli aġġornament rilevanti tal-istatus, kif ukoll fuq talba speċifika tal-awtorità kompetenti;
|
|
(c)
|
rapport finali, meta l-analiżi tal-kawża ewlenija tkun tlestiet, irrispettivament minn jekk il-miżuri ta’ mitigazzjoni jkunux diġà ġew implimentati, u meta ċ-ċifri tal-impatt attwali jkunu disponibbli biex jissostitwixxu l-estimi.
|
|
|
EULAW
|
Artikolu 19 5
5. L-entitajiet finanzjarji jistgħu jesternalizzaw, skont il-liġi settorjali tal-Unjoni u dik nazzjonali, l-obbligi ta’ rappurtar skont dan l-Artikolu lil fornitur terz ta’ servizz. Fil-każ ta’ esternalizzazzjoni bħal din, l-entità finanzjarja tibqa’ terfa’ r-responsabbiltà sħiħa li tissodisfa r-rekwiżiti dwar ir-rappurtar tal-inċident.
|
|