+Diverse Testing Modalities
|
Diverse Testing Modalities
Employ a range of tests including vulnerability assessments, open source analyses, network security assessments, gap analyses, physical security reviews, questionnaires, scanning software solutions, source code reviews (where applicable), scenario-based tests, compatibility testing, performance testing, end-to-end testing, and penetration testing as appropriate.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Regolamenti relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Regolamenti relatati
Regolamenti
| Sors |
Regolamentazzjoni |
|
EULAW
|
Artikolu 24 1
1. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-istat ta’ tħejjija għall-ġestjoni ta’ inċidenti relatati mal-ICT, tal-identifikazzjoni ta’ dgħufijiet, nuqqasijiet u lakuni fir-reżiljenza operazzjonali diġitali u tal-implimentazzjoni fil-pront ta’ miżuri korrettivi, l-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom, b’kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), jistabbilixxu, iżommu u jirrieżaminaw programm tajjeb u komprensiv ta’ ttestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali bħala parti integrali mill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT imsemmi fl-Artikolu 6.
|
|
EULAW
|
Artikolu 24 2
2. Il-programm tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali għandu jinkludi firxa ta’ valutazzjonijiet, testijiet, metodoloġiji, prattiki u għodod li għandhom jiġu applikati f’konformità mal-Artikoli 25 u 26.
|
|
EULAW
|
Artikolu 24 3
3. Meta jwettqu l-programm tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom isegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju filwaqt li jqisu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2) b’kont dovut tax-xenarju li qed jevolvi tar-riskju tal-ICT, kwalunkwe riskju speċifiku li għalih l-entità finanzjarja kkonċernata hija jew tista’ tkun esposta, il-kritikalità tal-assi tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti, kif ukoll kwalunkwe fattur ieħor li l-entità finanzjarja tqis xieraq.
|
|
EULAW
|
Artikolu 24 4
4. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jiżguraw li t-testijiet jitwettqu minn partijiet indipendenti, kemm jekk ikunu interni kif ukoll jekk ikunu esterni. Meta t-testijiet jitwettqu internament, l-entitajiet finanzjarji għandhom jiddedikaw biżżejjed riżorsi u jiżguraw li l-kunflitti ta’ interess għal dawk li jittestjaw jiġu evitati matul il-fażijiet kollha tat-tfassil u tal-eżekuzzjoni tat-test.
|
|
EULAW
|
Artikolu 24 5
5. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jistabbilixxu proċeduri u politiki biex jipprijoritizzaw, jikklassifikaw u jirrimedjaw il-kwistjonijiet kollha skoperti matul it-twettiq tat-testijiet u għandhom jistabbilixxu metodoloġiji ta’ validazzjoni interna biex jaċċertaw li d-dgħufijiet, in-nuqqasijiet jew il-lakuni kollha identifikati jiġu indirizzati bis-sħiħ.
|
|
EULAW
|
Artikolu 24 6
6. L-entitajiet finanzjarji, għajr il-mikrointrapriżi, għandhom jiżguraw, mill-inqas darba fis-sena, li jitwettqu testijiet xierqa fuq is-sistemi u l-applikazzjonijiet kollha tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet kritiċi jew importanti.
|
|
EULAW
|
Artikolu 25 1
1. Il-programm tal-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali msemmi fl-Artikolu 24 għandu, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4(2), jipprevedi t-twettiq ta’ testijiet xierqa, bħall-valutazzjonijiet u skrutinju tal-vulnerabbiltà, analiżijiet ta’ sorsi miftuħa, valutazzjonijiet tas-sigurtà tan-netwerk, analiżijiet tal-lakuni, rieżamijiet tas-sigurtà fiżika, kwestjonarji u soluzzjonijiet ta’ software ta’ skrutinju, rieżamijiet tal-kodiċi tas-sors fejn fattibbli, testijiet ibbażati fuq xenarji, ittestjar tal-kompatibbiltà, ittestjar tal-prestazzjoni, ittestjar minn tarf sa tarf jew ittestjar tal-penetrazzjoni.
|
|