►M8
Meta l-ESMA, f’konformità mal-Artikolu 38k(5), issib li persuna elenkata fl-Artikolu 38b(1), il-punt (a), ma tkunx ikkonformat intenzjonalment jew b’negliġenza ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20 sa 22c, jew fit-Titolu IVa, hija għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
◄
Ksur għandu jitqies bħala li twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.