+Artikolu 21
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.

Artikolu 21

Rekwiżiti organizzazzjonali ġenerali

(L-Artikolu 16(2) sa (10) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.

Id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzazzjonali li ġejjin:

(a) 

li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet u struttura organizzazzjonali li b'mod ċar u f'forma dokumentata tispeċifika linji ta' rappurtaġġ u talloka funzjonijiet u responsabbiltajiet;

(b) 

li jiżguraw li l-persuni rilevanti tagħhom huma konxji mill-proċeduri li għandhom ikunu segwiti biex jeżegwixxu tajjeb ir-responsabbiltajiet tagħhom;

(c) 

li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu mekkaniżmi ta' kontroll interni adegwati maħsuba biex jiżguraw konformità mad-deċiżjonijiet u mal-proċeduri fil-livelli kollha tad-ditta tal-investiment;

(d) 

li jimpjegaw persunal bil-kapaċitajiet, bit-tagħrif u bil-kompetenza neċessarja biex jeżegwixxi r-responsabbiltajiet delegati lilhom;

(e) 

li jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu rappurtaġġ intern u komunikazzjoni ta' informazzjoni effettivi fil-livelli rilevanti kollha tad-ditta tal-investiment;

(f) 

li jżommu rekords adegwati u fl-ordni tan-negozju u l-organizzazzjoni interna tagħhom.

(g) 

li jiżguraw li l-fatt li jitwettqu funzjonijiet multipli mill-persuni rilevanti tagħhom ma jkunx tali li jista' jipprevjeni lil dawk il-persuni milli jeżegwixxu xi funzjoni partikolari b'mod tajjeb, onest, u professjonali.

Id-ditti tal-investiment għandhom iqisu r-riskji għas-sostenibbiltà meta jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu.

Meta jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu, id-ditti tal-investiment għandhom iqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tad-ditta, u n-natura u l-firxa ta’ servizzi u attivitajiet tal-investiment li jidħlu għalihom matul dak in-negozju.

Artikolu 21 2.
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu sistemi u proċeduri li jkunu adegwati għall-ħarsien tas-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, filwaqt li jqisu n-natura tal-informazzjoni inkwistjoni.
Artikolu 21 3.
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika ta' kontinwità kummerċjali adegwata li timmira li tiżgura, fil-każ ta' interruzzjoni fis-sistemi u fil-proċeduri tagħhom, il-preżervazzjoni ta' data u funzjonijiet essenzjali, u ż-żamma ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment, jew, meta dak ma jkunx possibbli, l-irkupru f'waqtu ta' din id-data u l-funzjonijiet u jerġgħu jibdew jipprovdu malajr is-servizzi u l-attivitajiet tal-investiment tagħhom.
Artikolu 21 4.
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politiki u proċeduri ta' kontabilità li jippermettulhom, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti f'ħin f'waqtu rapporti finanzjarji li jirriflettu ħarsa reali u ġusta lejn il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom u li jikkonformaw mal-istandards u mar-regoli ta' kontabilità applikabbli.
Artikolu 21 5.
Id-ditti tal-investiment għandhom jimmonitorjaw u, fuq bażi regolari, jevalwaw l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, il-mekkaniżmi tal-kontrolli interni u l-arranġamenti stabbiliti tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 4, u li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit