+Artikolu 11 Informazzjoni prekuntrattwali fir-rigward tal-ftehimiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 2(6) jew (7)
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
|
Artikolu 11 Informazzjoni prekuntrattwali fir-rigward tal-ftehimiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 2(6) jew (7)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Għall-ftehimiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 2(6) jew (7), l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fl-Artikolu 10(1) għandha, b’deroga mill-Artikolu 10(2), tingħata fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor magħżul mill-konsumatur permezz tal-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur stabbilita fl-Anness II. Dik l-informazzjoni għandha tkun ċara u tinftiehem sew. L-informazzjoni kollha mogħtija f’dik il-formola għandha tkun prominenti b’mod indaqs. Il-kreditur għandu jitqies li jkun issodisfa r-rekwiżiti tal-informazzjoni stabbiliti f’dan il-paragrafu u fl-Artikolu 3(1) u (2), tad-Direttiva 2002/65/KE jekk dak il-kreditur ikun ipprovda dik il-formola.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Għall-ftehimiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 2(6) jew (7), l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fl-Artikolu 10(1) għandha, b’deroga mill-Artikolu 10(3), tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin, b’mod prominenti fuq paġna waħda fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Standard Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur:
(a)
l-identità tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu involut;
(b)
l-ammont totali tal-kreditu;
(c)
it-tul ta’ żmien tal-ftehim ta’ kreditu;
(d)
ir-rata tas-self, jew ir-rati tas-self kollha jekk japplikaw rati ta’ self differenti f’ċirkostanzi differenti;
(e)
ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;
(f)
fil-każ ta’ kreditu fil-forma ta’ ħlas differit għal oġġetti jew servizzi speċifiċi u fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu konnessi, l-oġġetti jew is-servizzi speċifiċi u l-prezz tagħhom fi flus kontanti;
(g)
il-kostijiet f’każ ta’ ħlasijiet tard, jiġifieri r-rata tal-imgħax applikabbli fil-każ ta’ ħlasijiet tard u l-arranġamenti għall-aġġustament tagħha, u, fejn applikabbli, kwalunkwe imposta pagabbli għal inadempjenza;
(h)
l-ammont, l-għadd u l-frekwenza tal-ħlasijiet li jridu jsiru mill-konsumatur u, fejn xieraq, l-ordni li fiha l-ħlasijiet ikunu allokati għal bilanċi pendenti differenti b’rati tas-self differenti għall-finijiet tar-rimborż;
(i)
twissija dwar il-konsegwenzi meta ma jsirux ħlasijiet jew meta dawn isiru tard;
(j)
l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ dritt ta’ rtirar;
(k)
l-eżistenza ta’ dritt ta’ ħlas lura antiċipat, u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar id-dritt tal-kreditur għal kumpens;
(l)
l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-email tal-kreditur kif ukoll, fejn applikabbli, l-indirizz ġeografiku, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email tal-intermedjarju tal-kreditu involut.
|
|
Artikolu 11 3.
|
F’każ li l-elementi kollha msemmija fil-paragrafu 2 ma jkunux jistgħu jintwerew b’mod prominenti fuq paġna waħda, dawn għandhom jintwerew fl-ewwel parti tal-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mhux aktar minn żewġ paġni. F’dak il-każ, l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (g) ta’ dak il-paragrafu għandha tintwera fuq l-ewwel paġna tal-formola.
|
|
Artikolu 11 4.
|
L-informazzjoni prekuntrattwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-elementi kollha li ġejjin, li għandhom jintwerew wara u jiġu separati b’mod evidenti mill-elementi elenkati fil-paragrafu 2:
(b)
fejn japplikaw rati ta’ self differenti f’ċirkostanzi differenti, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ kull rata tas-self, kwalunkwe indiċi jew rata ta’ referenza applikabbli għar-rata tas-self inizjali, l-imposti applikabbli miż-żmien li fih jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu, u, fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom dawk l-imposti jistgħu jinbidlu;
(c)
eżempju rappreżentattiv li juri r-rata perċentwali annwali ta’ imposta u l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, li lkoll jirreferu għas-suppożizzjonijiet kollha użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata;
(d)
il-kundizzjonijiet u l-proċedura għat-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu;
(e)
fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-mod li bih il-kumpens tal-kreditur ser jiġi determinat fil-każ ta’ ħlas lura antiċipat;
(f)
fejn applikabbli, indikazzjoni li l-konsumatur jista’ jintalab iħallas lura l-ammont totali tal-kreditu fi kwalunkwe ħin;
(g)
referenza għad-dritt tal-konsumatur li jiġi infurmat immedjatament u mingħajr ħlas, skont l-Artikolu 19(6), bir-riżultat ta’ konsultazzjoni ta’ bażi tad-data li ssir biex tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tiegħu;
(h)
fejn applikabbli, indikazzjoni li l-prezz ġie personalizzat abbażi ta’ pproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili;
(i)
fejn applikabbli, il-perjodu ta’ żmien li matulu l-kreditur ikun marbut bl-informazzjoni prekuntrattwali mogħtija f’konformità ma’ dan l-Artikolu;
(j)
referenza għall-possibilità li l-konsumatur juża mekkaniżmu ta’ lment u ta’ rimedju barra mill-qorti u l-metodi biex ikollu aċċess għalih;
(k)
twissija u spjegazzjoni dwar il-konsegwenzi legali u finanzjarji tan-nonkonformità mal-impenji l-oħra marbuta mal-ftehim ta’ kreditu speċifiku;
(l)
skeda ta’ ħlas lura li fiha l-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura kollha matul id-durata tal-ftehim ta’ kreditu, inkluż dawk il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura għal kwalunkwe servizz anċillari relatat mal-ftehim ta’ kreditu li jinbiegħ simultanjament, fejn il-ħlasijiet u l-ħlasijiet lura, f’każ li japplikaw rati tas-self differenti f’ċirkostanzi differenti, huma bbażati fuq bidliet raġonevoli ‘l fuq fir-rata tas-self.
|
|
Artikolu 11 5.
|
L-informazzjoni murija fil-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur għandha tkun konsistenti. Din għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u għandhom jitqiesu r-restrizzjonijiet tekniċi tal-mezz li fuqu tintwera. L-informazzjoni għandha tintwera b’mod adegwat u xieraq fuq il-kanali differenti, filwaqt li titqies l-interoperabbiltà.
|
|
Artikolu 11 6.
|
B’deroga mill-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, fil-każ ta’ komunikazzjonijiet ta’ telefonija bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju li għandha tingħata skont l-Artikolu 3(3), il-punt (b), it-tieni inċiż ta’ dik id-Direttiva għandha tinkludi tal-inqas l-elementi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. F’każ bħal dan, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jagħtu lill-konsumatur il-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur fuq mezz durabbli immedjatament wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Fuq talba tal-konsumatur, il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandhom, minbarra l-formola tal-Informazzjoni Ewropea dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, jagħtu lill-konsumatur kopja tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu mingħajr ħlas, dment li l-kreditur, fiż-żmien tat-talba, ikun lest jipproċedi għall-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu mal-konsumatur.
|
|
Artikolu 11 8.
|
Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-fornituri ta’ oġġetti jew fornituri ta’ servizzi li jkunu qed jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu f’kapaċità anċillari. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kreditur, jew fejn applikabbli, tal-intermedjarju tal-kreditu li jiżgura li l-konsumatur jirċievi l-informazzjoni prekuntrattwali msemmija f’dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|