|
+Artikolu 48 2. |
Artikolu 48 2.Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom l-għan, b'mod partikolari, li jiżguraw li:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni, fuq il-bażi tas-sitwazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tagħhom, tal-istituzzjonijiet, il-kumpanniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpanniji azzjonarji finanzjarji mħallta li jkunu jinsabu fl-Unjoni li jkollhom bħala sussidjarji istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jinsabu f'pajjiż terz, jew li jkollhom partiċipazzjoni fihom;
(b)
l-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni tal-impriżi prinċipali li l-uffiċċji prinċipali tagħhom ikunu jinsabu fit-territorji tagħhom u li jkollhom bħala sussidjarji istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu jinsabu f’wieħed mill-Istati Membri jew aktar jew li jkollhom parteċipazzjoni azzjonarja fihom; u
(c)
l-ABE tkun tista’ tikseb mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri informazzjoni li jkunu rċevew mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|