|
+Artikolu 16a 1. |
Artikolu 16a 1.Fejn entità tkun f'sitwazzjoni fejn tissodisfa r-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien ma' kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 141a(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, iżda ma tissodisfax dak ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata meta kkunsidrat flimkien mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 45c u 45d ta' din id-Direttiva, meta kkalkolat f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45(2) ta' din id-Direttiva, l-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' dik l-entità għandha jkollha s-setgħa, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, li tipprojbixxi entità milli tiddistribwixxi aktar mill-Ammont Massimu Distribwibbli relatat mar-rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli (“M-MDA”) ikkalkolat f'konformità mal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, permezz ta' kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
(a)
tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni;
(b)
toħloq obbligu li jitħallsu rimunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew titħallas rimunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu ta' ħlas ikun inħoloq fi żmien meta l-entità tkun naqset milli tissodisfa r-rekwiżit tar-riżerva ta' kapital kombinata; jew
(c)
tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali. Fejn entità tinsab fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità ta' riżoluzzjoni dwar dan. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|