+Artikolu 62 Baġit tal-Awtorità
---+Artikolu 62 1.
---+Artikolu 62 2.
---+Artikolu 62 3.
---+Artikolu 62 4.

Artikolu 62 Baġit tal-Awtorità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 62 1.

Id-dħul tal-Awtorità, korp Ewropew skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 ) (ir-“Regolament Finanzjarju”), għandu jikkonsisti, b’mod partikolari, fi kwalunkwe taħlita ta’ dawn li ġejjin:

▼B

(a) 

kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom isiru konformement ma’ formola bbażata fuq il-piż tal-voti mniżżel fl-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji għandu jkompli japplika lil hinn mill-iskadenza tal-31 ta’ Ottubru 2014 stabbilita fih;

(b) 

sussidju mill-Unjoni, li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (it-Taqsima tal-Kummissjoni);

(c) 

kwalunkwe tariffa mħallsa lill-Awtorità fil-każijiet speċifikati fl-istrumenti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni;

▼M8

(d) 

kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja minn Stati Membri jew osservaturi;

(e) 

tariffi miftiehma għal pubblikazzjonijiet, taħriġ jew kwalunkwe servizz ieħor provdut mill-Awtorità fejn dawn ġew mitluba speċifikament minn awtorità kompetenti waħda jew aktar.

Ebda kontribuzzjoni volontarja minn Stati Membri jew osservaturi msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandha tiġi aċċettata jekk tali aċċettazzjoni tqajjem dubju dwar l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Awtorità. Il-kontribuzzjonijiet volontarji li jikkostitwixxu kumpens għall-ispiża tal-kompiti delegati minn awtorità kompetenti lill-Awtorità ma għandhomx jitqiesu bħala li jqajmu dubju dwar l-indipendenza ta’ din tal-aħħar.

Artikolu 62 2.
In-nefqa tal-Awtorità għandha tinkludi, tal-anqas, l-ispejjeż tal-persunal, ir-remunerazzjoni, l-amministrazzjoni, l-infrastruttura, it-taħriġ professjonali u l-operat.
Artikolu 62 3.
Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw.
Artikolu 62 4.
L-estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Awtorità għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrespondi għas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Awtorità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit