+Artikolu 4
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
|
Artikolu 4
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. L-Istati Membri għandhom, għal kull distrett ta’ baċin tax-xmara jew unità ta’ maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) jew il-parti ta’ baċin tax-xmara internazzjonali li tinsab fit-territorju tagħhom, jagħmlu valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Għandha ssir valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar, ibbażata fuq informazzjoni disponibbli jew faċilment derivabbli, bħal reġistri u studji dwar żviluppi fuq medda ta’ żmien twila, b'mod partikulari l-impatti tal-bidla fil-klima fuq l-okkorrenza ta’ l-għargħar, biex tipprovdi valutazzjoni ta’ riskji potenzjali. Il-valutazzjoni għandha tinkludi ta’ l-inqas dan li ġej:
|
(a)
|
mapep tad-distrett ta’ baċin tax-xmara bi skala adatta inklużi l-konfini tal-baċini tax-xmara, tas-sotto-baċini u fejn jeżistu taż-żoni kostali, li juru t-topografija u l-użu ta’ l-art;
|
|
(b)
|
deskrizzjoni ta’ l-għargħar li seħħew fl-imgħoddi u li kellhom impatti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u li għalihom il-possibbiltà ta’ każijiet simili fil-ġejjieni għadha rilevanti, inkluż il-firxa ta’ l-għargħar u r-rotot ta’ mogħdija tagħhom u valutazzjoni ta’ l-impatti negattivi li ġabu magħhom;
|
|
(ċ)
|
deskrizzjoni ta’ l-għargħar sinifikanti, li seħħew fl-imgħoddi, fejn jistgħu jiġu previsti konsegwenzi negattivi sinifikanti ta’ avvenimenti futuri simili;
u, skond il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ l-Istati Membri, din għandha tinkludi:
|
|
(d)
|
valutazzjoni tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ għargħar futuri għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika, b'kont meħud kemm jista’ jkun ta’ kwistjonijiet possibbli bħat-topografija, il-pożizzjoni tal-mogħdijiet ta’ l-ilma u l- inklużi l-pjanuri ta’ l-għargħar bħala żoni naturali għaż-żamma ta’ l-ilma, l-effettività ta’ infrastrutturi eżistenti magħmula mill-bniedem għad-difiża mill-għargħar, il-pożizzjoni taż-żoni fejn jgħixu n-nies, iż-żoni ta’ attività ekonomika u żviluppi fuq perijodu fit-tul inklużi l-impatti tal-bidla fil-klima fuq l-okkorrenza ta’ għargħar.karatteristiċi idroloġiċi u ġeomorfoloġiċi ġenerali tagħhom.
|
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Fil-każ ta’ distretti ta’ baċini tax-xmara internazzjonali, jew unitajiet ta’ maniġġar imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b) li huma komuni ma’ Stati Membri oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jseħħ skambju ta’ informazzjoni rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati.
|
|
Artikolu 4 4
|
4. L-Istati Membri għandhom ilestu il-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar sat-22 ta’ Diċembru 2011.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|