|
+ANNESS V |
ANNESS VANNESS V Għażla tal-verifkatur indipendenti u d-disinn tal-iskemi ta' verifika indipendenti skont l-Artikolu 17(3). 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operatur jew is-sid jirrikjedu li l-kondizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-indipendenza tal-verifikatur mill-operatur u s-sid:
(a)
il-funzjoni ma teħtieġx li l-verifikatur iqis ebda aspett ta’ element kritiku ambjentali u ta' sikurezza jew ebda parti ta' installazzjoni jew bir jew disinn ta' bir li kien involut fih il-verifikatur qabel l-attività ta' verifika jew fejn l-oġġettività tiegħu jew tagħha tista’ tiġi kompromessa;
(b)
il-verifikatur indipendenti huwa indipendenti biżżejjed minn sistema ta' ġestjoni li għandha, jew kellha, kwalunkwe responsabbiltà għal kwalunkwe aspett ta' komponent kopert mikll-iskema ta' verifika indipendenti jew eżami ta' bir sabiex tiżgura l-oġġettività fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu jew tagħha fi ħdan l-iskema; 2. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-operatur jew is-sid jiżguraw li, fir-rigward tal-iskema għal verifika indipendenti relatata ma installazzjoni jew bir, il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a)
il-verifikatur indipendenti jkollu kompetenza teknika adegawata, inkluż fejn meħtieġ, persunal kwalifikat u ta' esperjenza kif xieraq f’għadd adegwat li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 1 ta' dan l-Anness;
(b)
il-kompiti taħt l-iskema ta' verifika indipendenti huma allokati kif xieraq mill-verifikatur indipendenti lill-persunal kwalifikat biex iwettaqhom;
(c)
ikunu stabbiliti arranġamenti xierqa għall-fluss ta' informazzjoni bejn l-operatur jew is-sid u l-verifikatur indipendenti;
(d)
il-verifikatur indipendenti jingħata biżżejjed awtorità biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet b'mod effettiv. 3. Bidliet materjali għandhom jiġu riferuti lill-verifikatur indipendenti biex iwettaq verifika ulterjuri f'konformità mal-iskema ta' verifika indipendenti, u r-riżultati ta’ tali verifika ulterjuri għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità kompetenti, jekk dan ikun mitlub. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|