+Artikolu 12 Il-kontenut tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji fir-rigward ta' miżuri reġjonali u bilaterali
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3

Artikolu 12 Il-kontenut tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji fir-rigward ta' miżuri reġjonali u bilaterali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1

1.   Minbarra l-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 11, il-pjan ta' tħejjija għar-riskji ta' kull Stat Membru għandu jinkludi miżuri reġjonali u, fejn applikabbli, bilaterali sabiex jiżgura li l-kriżijiet tal-elettriku b'impatt transfruntier jiġu evitati jew ġestiti kif xieraq. Il-miżuri reġjonali għandhom jiġu maqbulin fi ħdan ir-reġjun ikkonċernat bejn l-Istati Membri li jkollhom il-kapaċità teknika li jipprovdu assistenza lil xulxin skont l-Artikolu 15. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu wkoll jiffurmaw sottogruppi fi ħdan reġjun. Il-miżuri bilaterali għandhom ikunu maqbulin bejn l-Istati Membri li jkunu konnessi direttament iżda li ma jkunux fl-istess reġjun. L-Istati Membri għandhom jiżguraw konsistenza bejn il-miżuri reġjonali u dawk bilaterali. Il-miżuri reġjonali u bilaterali għandhom tal-anqas jinkludu:

(a)

in-nomina ta' koordinatur għall-kriżi;

(b)

mekkaniżmi għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni u għall-kooperazzjoni;

(c)

miżuri kkoordinati li jimmitigaw l-impatt ta' kriżi tal-elettriku, inkluża kriżi tal-elettriku simultanja, għall-fini ta' assistenza skont l-Artikolu 15;

(d)

proċeduri għat-twettiq ta' testijiet annwali jew kull sentejn tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji;

(e)

il-mekkaniżmi ta' skattar ta' miżuri mhux ibbażati fuq is-suq li għandhom jiġu attivati f'konformità mal-Artikolu 16(2).

Artikolu 12 2

2.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jaqblu dwar il-miżuri reġjonali u bilaterali li jridu jiddaħħlu fil-pjan ta' tħejjija għar-riskji, wara konsultazzjoni maċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali rilevanti. Il-Kummissjoni jista' jkollha rwol ta' faċilitatur fit-tħejjija tal-ftehim dwar il-miżuri reġjonali u bilaterali. Il-Kummissjoni tista' titlob lill-ACER u lill-ENTSO għall-Elettriku biex jipprovdu assistenza teknika lill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat tali ftehim. Tal-anqas tmien xhur qabel l-iskadenza għall-adozzjoni jew għall-aġġornar tal-pjan ta' tħejjija għar-riskji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw lill-ECG dwar il-ftehimiet milħuqin. Jekk l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet għal tali nuqqas ta' qbil. F'każ bħal dan il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri inkluż mekkaniżmu ta' kooperazzjoni għall-konklużjoni ta' ftehim dwar il-miżuri reġjonali u bilaterali.

Artikolu 12 3

3.   Bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' kull reġjun għandhom perjodikament jittestjaw l-effikaċja tal-proċeduri żviluppati fil-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji għall-prevenzjoni ta' kriżijiet tal-elettriku, inklużi l-mekkaniżmi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, u jwettqu simulazzjonijiet ta' kriżijiet tal-elettriku kull sentejn, b'mod partikolari testijiet fuq dawk il-mekkaniżmi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit