+Artikolu 18 8.
|
Artikolu 18 8.
Il-metodoloġiji tat-tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni għandhom jipprovdu inċentivi lill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u lill-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni għall-aktar operazzjoni kosteffiċjenti u għall-iżvilupp tan-networks tagħhom, inkluż permezz tal-akkwist ta’ servizzi. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandhom jirrikonoxxu l-kostijiet rilevanti bħala eliġibbli, inkluż il-kostijiet relatati ma’ investiment antiċipatorju, għandhom jinkludu dawk il-kostijiet fit-tariffi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, u għandhom, fejn ikun xieraq, jintroduċu miri ta’ prestazzjoni sabiex jipprovdu inċentivi lill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u lill-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni biex iżidu l-effiċjenza ġenerali tas-sistemi fin-networks tagħhom, inkluż permezz tal-effiċjenza fl-enerġija, l-użu ta’ servizzi ta’ flessibbiltà u l-iżvilupp ta’ grilji intelliġenti u sistemi ta’ kejl intelliġenti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|