+Artikolu 12a Akkwist u sjieda ta’ supercomputers ottimizzati permezz tal-IA
---+Artikolu 12a 1.
---+Artikolu 12a 2.
---+Artikolu 12a 3.
---+Artikolu 12a 4.
---+Artikolu 12a 5.
---+Artikolu 12a 6.
---+Artikolu 12a 7.

Artikolu 12a Akkwist u sjieda ta’ supercomputers ottimizzati permezz tal-IA

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12a 1.
L-Impriża Konġunta għandha takkwista supercomputers ottimizzati permezz tal-IA u għandha tkun is-sid tagħhom.
Artikolu 12a 2.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) għandha tkopri sa 50 % tal-kostijiet tal-akkwist flimkien ma’ sa 50 % tal-kostijiet operatorji tas-supercomputers ottimizzati permezz tal-IA. Il-kostijiet operatorji jinkludu l-kostijiet għas-servizzi tas-supercomputing orjentati lejn l-IA.

Il-kost totali li jifdal tas-sjieda tas-supercomputers ottimizzati permezz tal-IA għandu jkoprih l-Istat Parteċipanti fejn tkun stabbilita l-entità tal-hosting jew l-Istati Parteċipanti fil-konsorzju tal-hosting, possibbilment issupplimentat bil-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6.

Artikolu 12a 3.
L-għażla tal-fornitur tas-supercomputers ottimizzati permezz tal-IA għandha tindirizza s-sigurtà tal-katina tal-provvista. Din għandha tkun ibbażata fuq speċifikazzjonijiet tal-offerta li jkunu mmexxija mid-domanda u li jqisu r-rekwiżiti tal-utenti u l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tas-sistema pprovduti mill-entità tal-hosting magħżula fl-applikazzjoni tagħha għas-sejħa għal espressjoni ta’ interess.
Artikolu 12a 4.
L-Impriża Konġunta tista’ taġixxi bħala l-ewwel utent tas-supercomputers ottimizzati permezz tal-IA li jintegraw teknoloġiji żviluppati primarjament fl-Unjoni.
Artikolu 12a 5.
Jekk ikun debitament ġustifikat għal raġunijiet ta’ sigurtà, fil-programm ta’ ħidma, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jpoġġi kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-fornituri fl-akkwist tas-supercomputers ottimizzati permezz tal-IA f’konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament (UE) 2021/694, jew inkella li jillimita l-parteċipazzjoni tal-fornituri għal raġunijiet ta’ sigurtà jew meta l-azzjonijiet jirrelataw direttament mal-awtonomija strateġika tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 18(4) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 12a 6.
Is-supercomputers ottimizzati permezz tal-IA għandhom ikunu f’entità tal-hosting ta’ supercomputer tal-EuroHPC jew ċentru tas-supercomputing li jkun jinsab fl-Unjoni.
Artikolu 12a 7.
Mingħajr preġudizzju għall-istralċ tal-Impriża Konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4) tal-Istatuti, mhux qabel ħames snin wara t-test ta’ aċċettazzjoni b’suċċess mis-supercomputer ottimizzat permezz tal-IA installat f’entità tal-hosting, is-sjieda tas-supercomputer ottimizzat permezz tal-IA tista’ tiġi trasferita lil dik l-entità tal-hosting jew is-supercomputer ottimizzat permezz tal-IA tista’ tinbiegħ lil entità oħra jew tiġi dekummissjonata permezz ta’ deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija u f’konformità mal-ftehim tal-hosting. Fil-każ ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ supercomputer ottimizzat permezz tal-IA, l-entità tal-hosting għandha tirrimborża lill-Impriża Konġunta l-valur residwu tas-supercomputer li jiġi trasferit. Jekk ma jsir l-ebda trasferiment tas-sjieda lill-entità tal-hosting iżda tittieħed deċiżjoni għad-dekummissjonar tas-supercomputer ottimizzat permezz tal-IA, il-kostijiet rilevanti għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn l-Impriża Konġunta u l-entità tal-hosting. L-Impriża Konġunta ma għandhiex tkun responsabbli għall-kostijiet imġarrba wara t-trasferiment tas-sjieda tas-supercomputer ottimizzat permezz tal-IA jew wara l-bejgħ jew id-dekummissjonar tas-supercomputer ottimizzat permezz tal-IA.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit