Artikolu 6
Stabbiliment ta’ żoni u unitajiet territorjali tal-esponiment medju
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu żoni u unitajiet territorjali tal-esponiment medju fit-territorju kollu tagħhom, inkluż, meta jkun xieraq għall-finijiet tal-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-kwalità tal-arja, fil-livell tal-agglomerazzjonijiet. Il-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja u l-ġestjoni tal-kwalità tal-arja għandhom isiru fiż-żoni kollha u fl-unitajiet territorjali tal-esponiment medju.