+Artikolu 36 Monitoraġġ, rieżami u rapporti tal-Kummissjoni
---+Artikolu 36 1
---+Artikolu 36 2
---+Artikolu 36 3
|
Artikolu 36 Monitoraġġ, rieżami u rapporti tal-Kummissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrieżamina l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tissottometti, sal-1 ta’ Jannar 2028 u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
|
|
Artikolu 36 2
|
2. L-ewwel rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jirrieżamina b’mod partikolari dan li ġej:
|
(a)
|
l-effettività u l-effiċjenza ta’ dan ir-Regolament fl-istabbiliment ta’ regoli trasparenti u preċiżi dwar il-kejl, ir-rappurtar u l-verifika u fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan assoċjati mal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam imqiegħda fis-suq tal-Unjoni;
|
|
(b)
|
jekk fattibbli, il-livell miksub ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan assoċjati mal-produzzjoni taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam imqiegħda fis-suq tal-Unjoni b’riżultat ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(c)
|
jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali jew alternattivi biex jitrawwem u jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan fil-katina tal-valur taż-żejt mhux maħdum, tal-gass naturali u tal-faħam imqiegħda fis-suq tal-Unjoni biex tiġi appoġġata l-mira tal-Unjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti sal-2050 u l-impenji tagħha skont il-Ftehim ta’ Pariġi.
|
Dak ir-rieżami għandu jqis il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni f’oqsma relatati. Il-Kummissjoni, fejn xieraq, għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta leġiżlattiva flimkien mar-rapport tagħha, filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni f’oqsma relatati.
|
|
Artikolu 36 3
|
3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet kompetenti u għandha tqis b’mod partikolari l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-Enerġija u l-Klima u l-aġġornamenti għalihom u fir-rapporti nazzjonali tagħhom dwar il-Progress fl-Enerġija u fil-Klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|