+Artikolu 25 Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti formati tal-imballaġġ
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4
---+Artikolu 25 5
---+Artikolu 25 6

Artikolu 25 Restrizzjonijiet fuq l-użu ta' ċerti formati tal-imballaġġ

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1

1.   Mill-1 ta' Jannar 2030, l-operaturi ekonomiċi ma għandhomx iqiegħdu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-użi elenkati fl-Anness V.

Artikolu 25 2

2.   B'deroga mill-Artikolu 4(2), l-Istati Membri jistgħu jżommu r-restrizzjonijiet adottati qabel l-1 ta' Jannar 2025 fuq it-tqegħid fis-suq tal-imballaġġ fil-formati u għall-użi elenkati fl-Anness V iżda magħmula minn materjali mhux elenkati fl-Anness V.

Artikolu 25 3

3.   Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 (2), il-punt (b).

Artikolu 25 4

4.   B'deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-mikrointrapriżi kif definiti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE kif applikabbli fil-11 ta’ Frar 2025 iqiegħdu fis-suq l-imballaġġ fil-formati u għall-użu elenkati fil-punt 3 tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament meta jkun intwera li mhuwiex teknikament fattibbli li ma jintużax tali imballaġġ jew li jinkiseb aċċess għall-infrastruttura li hija meħtieġa għall-funzjonament ta' sistema ta' użu mill-ġdid.

Artikolu 25 5

5.   Sat-12 ta’ Frar 2032, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ambjentali pożittiv tar-restrizzjonijiet u d-derogi u l-eżenzjonijiet minn dawk ir-restrizzjonijiet, u għandha tqis id-disponibbiltà ta' soluzzjonijiet alternattivi tal-imballaġġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-iġjene applikabbli għall-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt. Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha, bl-għan li tnaqqas l-iskart mill-imballaġġ, tirrieżamina dan l-Artikolu u l-Anness V biex tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku. Abbażi ta' dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-istabbiliment ta' restrizzjonijiet ġodda fuq l-użu ta' formati speċifiċi tal-imballaġġ u r-rilevanza taż-żamma tad-derogi u l-eżenzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, u, fejn xieraq, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva.

Artikolu 25 6

6.   Sat-12 ta’ Frar 2027, il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, li jispjegaw l-Anness V f'aktar dettall, inkluż eżempji tal-formati tal-imballaġġ fil-kamp ta' applikazzjoni, u kwalunkwe eżenzjoni mir-restrizzjonijiet, u li jipprovdu lista mhux eżawrjenti ta' frott u ħxejjex li huma esklużi mill-punt 2 tal-Anness V.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit