Artikolu 22a
Jekk l-Istat Membru għandu raġuni biex ibiegħ jew jarmi d-Dissostichus spp. ikkonfiskat, għandu joħroġ id-dokument tal-qabda magħmul validu b’mod speċjali. Dan id-dokument tal-qabda għandu jinkludi dikjarazzjoni li tispeċifika r-raġunijiet għal dik il-validità u li tiddeskrivi iċ-ċirkostanzi li fihom il-ħut maqbud bil-liġi jew ikkonfiskat sejjer għall-kummerċ. Sal-punt prattikabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda benefiċċju finanzjarju mill-bejgħ jew rimi ta’ dan il-ħut ma’ jirriżulta lill-dawk li kkommettew l-attivitajiet tas-sajd illegali.
▼B