|
+Artikolu 12 Adattament tal-Annessi |
Artikolu 12 Adattament tal-AnnessiArtikolu 12 Proċedura ta' kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat. 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. ▼M5 ————— L-Artikolu 13 Adattament tal-Annessi 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a sabiex tintroduċi l-emendi meħtieġa biex l-Annessi I sa VII u VIII jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Fejn hu possibbli, il-Kummissjoni għandha tuża standards Ewropej. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delagati skont l-Artikolu 13a, sabiex tintroduċi emendi fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ diterġenti bbażati fuq solventi. 3. Fejn il-limiti individwali ta’ konċentrazzjoni bbażati fuq ir-riskju għall-allerġeni ta’ fwieħa huma stabbiliti mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumatur, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 13a sabiex tadatta l-limitu ta’ 0,01 % iffissat fit-taqsima A tal-Anness VII kif inhu xieraq. L-Artikolu 13a L-eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati huwa mogħti lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-19 ta’ April 2012. Sat-19 ta’ Lulju 2016 il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal aktar perjodi ta’ ħames snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.. 3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti delegati diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. L-Artikolu 14 Klawsola dwar il-moviment liberu 1. L-Istati Membri m’għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ diterġenti, u/jew ta’ surfactants għal diterġenti, li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għal raġunijiet trattati f’dan ir-Regolament. 2. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jistabbilixxu regoli nazzjonali li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet tal-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti li għalihom ma ġewx stabbiliti restrizzjonijiet tal-kotenut fl-Anness VIa fejn iġġustifikat, b’mod partikolari, għal raġunijiet bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew tal-ambjent u fejn alternattivi teknikament u ekonomikament vijabbli huma disponibbli. 3. L-Istati Membri jistgħu jżommu regoli nazzjonali li kienu fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2012 rigward restrizzjonijiet fuq il-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti li għalihom għadhom ma bdewx japplikaw restrizzjonijiet stipulati fl-Anness VIa. Tali miżuri nazzjonali eżistenti għandhom ikunu rrappurtati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012 u jistgħu jibqgħu fis-seħħ sad-data meta japplikaw ir-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness VIa. 4. Mid-19 ta’ Marzu 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2016 l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali li jimplimentaw ir-restrizzjoni fuq il-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru stipulati fil-punt 2 tal-Anness VIa, meta jkun ġustifikat, b’mod partikolari, għal raġunijiet bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew tal-ambjent u meta jkunu hemm alternattivi teknikament u ekonomikament fattibli u disponibbli. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali miżuri lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u dwar regoli fuq is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni ( 25 ). 5. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafi 3 u 4. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|