|
+ANNESS III |
ANNESS IIIANNESS III METODI GĦALL-BIJODEGRADAZZJONI FINALI (MINERALIZZAZZJONI) GĦAS-SURFACTANTS FID-DETERĠENTI A. Il-metodu ta’ referenza għall-ittestjar fil-laboratorju tal-bijodegradazzjoni finali tas-surfactants f’dan ir-regolament huwa bbażat fuq l-istandard EN ISO 14593:1999 (CO2 headspace test) (test CO2 fin-naħa ta’ fuq). Is-surfactants fid-deterġenti għandhom jitiqesu bijodegradabbli jekk il-livell ta’ bijodegradabilità (mineralizzazzjoni) mkejjel skond wieħed mill-ħames testijiet ( 26 ) li ġejjin ikun ta’ mill-inqas 60 % fi żmien tmienja u għoxrin jum. 1. Standard EN ISO 14593:1999. Kwalità ta' l-ilma — Evalwazzjoni ta’ bijodegradabilità aerobika finali ta’ komposti organiċi f’mezz milwiem — Metodu b’analiżi ta’ karbonju mhux organiku f’kontenituri siġillati (test CO2 spazju fin-naħa ta’ fuq) M’għandux jintuża adattament minn qabel. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem m'għandux japplika. (Metodu ta' referenza). 2. Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-C (Carbon dioxide (CO2) Evolution Modified Sturm Test):(Test Sturm bid-dijossidu tal-karbonju (CO2) Modifikat b’Evoluzzjoni) M’għandux jintuża adattament minn qabel.. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat. 3. Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-E (Flixkun Magħluq): M’għandux jintuża adattament minn qabel.. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat. 4. Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-D (Respirometrija Manometrika): M’għandux jintuża adattament minn qabel. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat. 5. Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-F (MITI: Ministry of International Trade and Industry-Japan): M’għandux jintuża adattament minn qabel. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat. 6. ISO 10708:1997 Water quality — Evaluation in an aqueous medium of the ultimate aerobic biodegradability of organic compounds — Determination of biochemical oxygen demand in a two-phase closed bottle test. (Kwalità ta’ l-ilma — Evalwazzjoni f’mezz milwiem tal-biodegrababilità aerobika finali ta’ komposti organiċi — tad-domanda għall-ossiġenu biokimiku f’test flixkun magħluq f’ żewġ fażijiet). M’għandux jintuża adattament minn qabel. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat. B. Skond xi jkunu l-karatteristiċi fiżiċi tas-surfactant, wieħed mill-metodi elenkati isfel jista’ jintuża jekk ġustifikat b’mod xieraq ( 27 ). Ta’ min jinnota li l-kriterju minimu ta’ dawn il-metodi għas-suċċess tat-test b’mill-inqas 70 % għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-kriterju minimu ta’ suċċess ta’ 60 % imsemmi fil-metodi elenkati fil-punt A. Kemm tkun xierqa l-għażla tal-metodi elenkati isfel għandu jiġi deċiż b’konferma għal kull każ speċifiku, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament. 1. Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-A (Karbonju Organiku Maħlul DOC Die-Away): M’għandux jintuża adattament minn qabel.. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat. Il-kriterju ta’ suċċess għall-bijodegradabilità mkejla skond it-test għandha tkun ta’ mill-inqas 70 % fi żmien tmienja u għoxrin jum. 2. Metodu tad-Direttiva 67/548/KEE Anness V.C.4-B (OECD Screening-DOC Modifikat Die-Away): M’għandux jintuża adattament minn qabel.. Il-prinċipju ta’ perjodu ta' għaxart ijiem mhuwiex applikat. Il-kriterju ta’ suċċess għall-bijodegradabilità mkejla skond it-test għandu jkun ta’ mill-inqas 70 % fi żmien tmienja u għoxrin jum. NB: Dawn il-metodi, meħuda mid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE jistgħu wkoll jinsabu fil-pubblikazzjoni “Classification, Packaging and Labelling of Dangerous Substances in the European Union”, Part 2: “Testing Methods”. European Commission 1997. ISBN 92-828-0076-8. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|