+Artikolu 43 Informazzjoni u istruzzjonijiet intenzjonati għall-OEMs u għall-utenti finali
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
---+Artikolu 43 5.
|
Artikolu 43 Informazzjoni u istruzzjonijiet intenzjonati għall-OEMs u għall-utenti finali
Informazzjoni u istruzzjonijiet intenzjonati għall-OEMs u għall-utenti finali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Fabbrikant ma għandux iforni lill-OEMs jew lill-utenti finali kwalunkwe informazzjoni teknika relatata mad-dettalji previsti f'dan ir-Regolament li tiżvija mid-dettalji approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni.
|
|
Artikolu 43 2.
|
Il-fabbrikant għandu jagħmel disponibbli għall-OEMs l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet kollha rilevanti li huma meħtieġa għall-installazzjoni korretta tal-magna fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq, inkluża deskrizzjoni ta' kwalunkwe kondizzjoni jew restrizzjoni speċjali marbuta mal-installazzjoni jew l-użu tal-magna.
|
|
Artikolu 43 3.
|
Il-fabbrikant għandu jagħmel disponibbli għall-OEMs l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet kollha rilevanti meħtieġa intenzjonati għall-utent finali, inkluża deskrizzjoni b'mod partikolari dawk li jiddeskrivu kwalunkwe kondizzjoni jew restrizzjoni speċjali marbuta mal-użu ta' magna.
|
|
Artikolu 43 4.
|
Il-fabbrikanti għandhom jagħmlu disponibbli għall-OEMs il-valur tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) stabbilit matul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u għandhom jagħtu struzzjonijiet lill-OEMs sabiex jikkomunikaw dik l-informazzjoni, flimkien ma' informazzjoni ta' spjegazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tat-testijiet, lill-utent finali tal-makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih huwa maħsub li tiġi installata l-magna.
|
|
Artikolu 43 5.
|
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 55 li jissuplimentaw dan ir-Regolament billi jistipulaw id-dettalji dwar l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-31 ta ' Diċembru 2016.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|