+ANNESS XIV Mudell tal-Punt Uniku tad-Data

ANNESS XIV Mudell tal-Punt Uniku tad-Data




ANNESS XIV

Mudell tal-Punt Uniku tad-Data

L-entrati tad-data kollha stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu trasformati f’mudell tal-punt uniku tad-data li huwa l-bażi biex is-sistemi tal-IT tal-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti jkunu uniformi.

Il-mudell tal-punt unika tad-data għandu jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) 

jipprovdi rappreżentazzjoni strutturata tal-entrati kollha tad-data stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

jidentifika l-kunċetti tan-negozju kollha stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

jipprovdi dizzjunarju tad-data li jidentifika t-tikketti tat-tabelli, it-tikketti ordinati, it-tikketti tal-assi (axis), it-tikketti tad-dominji, it-tikketti tad-dimensjonijiet u t-tikketti tal-membri;

(d) 

jipprovdi metrika li tiddefinixxi l-proprjetà jew l-ammont tal-punti tad-data;

(e) 

jipprovdi definizzjonijiet tal-punti tad-data li huma espressi bħala kompożizzjoni ta’ karatteristiċi li jidentifikaw b’mod univokali l-kunċett finanzjarju;

(f) 

ikun fih l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti kollha li huma neċessarji għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għar-rappurtar bl-IT li jipproduċu data superviżorja uniformi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_BG -

    EULAW_BG