+ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tat-28 ta’ Marzu 1983 li tirrigwarda l-importazzjoni tal-ġlud ta’ ċerti friegħ tal-foki u ta’ prodotti ġejjin minnhom fl-Istati Membri (83/129/KEE)
---+Preamble: 1
---+Член 1
---+Член 2
---+Член 3
---+Член 4
---+L-ANNESS
Bulgarian - European Union - Environment -

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tat-28 ta’ Marzu 1983 li tirrigwarda l-importazzjoni tal-ġlud ta’ ċerti friegħ tal-foki u ta’ prodotti ġejjin minnhom fl-Istati Membri (83/129/KEE)

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Marzu 1983

li tirrigwarda l-importazzjoni tal-ġlud ta’ ċerti friegħ tal-foki u ta’ prodotti ġejjin minnhom fl-Istati Membri

(83/129/KEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Billi l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-kummerċ Komunitarju fil-prodotti mill-foki, u partikolarment dwar il-prodotti li jiġu mill-friegħ tal-foki ta’ l-arpa (harp) u tal-foki tal-barnuża (hooded);

Billi, f’numru ta’ Stati Membri, diġa jeżistu miżuri volontarji jew statutorji li jirrestrinġu l-importazzjoni jew il-bejgħ fis-suq tal-ġlud tal-friegħ tal-pil abjad tal-foki ta’ l-arpa u tal-friegħ tal-foki tal-barnuż (ta’ daharhom iswed); billi Stat Membru diġa jeħtieġ li l-prodotti kollha mill-foki jkunu markati;

Billi studji varji qajmu dubji rigward l-istat tal-poplazzjoni tal-foki ta’ l-arpa u ta’ dawk tal-barnuż u speċjalment dwar l-effett tal-kaċċa mhux tradizzjonali fuq il-konservazzjoni u l-istat tal-poplazzjoni tal-foki tal-barnuż;

Billi l-isfruttament tal-foki u ta’ speċi oħra huwa, jiddependi mill-ħila tagħhom li jirreżistu dan l-isfruttament u b’rispett għall-bilanċ tan-natura xogħol naturali u leġittimu u f’ċerti firxiet fid-dinja jifforma parti importanti mill-ħajja tradizzjonali u mill-ekonomija; billi l-kaċċa, kif prattikata tradizzjonalment mill-poplu Inuit, tħalli lill-friegħ tal-foki mingħajr ħsara u huwa għalhekk xieraq li jidher li l-interessi tal-poplu Inuit ma jiġux affettwati;

Billi hija mixtieqa iktar investigazzjoni dwar l-aspetti xjentifiċi u dwar il-konsegwenzi tal-qtil tal-friegħ tal-foki ta’ l-arpa u ta’ dawk tal-barnuż fit-tnaqqis tal-poplazzjoni tagħhom; billi, sakemm isiru magħrufa r-riżultati ta’ din l-investigazzjoni, għandhom jittieħdu jew jibqgħu jinżammu l-miżuri temporanji b’mod konformi mar-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri tal-5 ta’ Jannar 1983 ( 3 );

Billi ġie notat illi l-kaċċa għall-friegħ tal-foki ġiet diġa limitata b’xi effett; billi l-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tissokta tfittex, fil-kuntest tal-kuntatti kontinwati mal-pajjiżi interessati, soluzzjonijiet li jagħmlu dispensabbli r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet;

Billi l-Kunsill irid jikkunsidra mill-ġdid is-sitwazzjoni fuq il-bażi ta’ rapport li jrid jiġi preżentat lill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Settembru 1983,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu jew jibqgħu jżommu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness ma jiġux importati kummerċjalment fit-territorji tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjon b’dawn il-miżuri.

▼M2

L-Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Ottubru 1983.

▼B

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal dawk il-prodotti li ma jirriżultawx mill-kaċċa tradizzjonali tal-poplu Inuit.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hjija indirizzata lill-Istati Membri.

Член 1

Член 1

1.  Държавите-членки приемат или поддържат всички необходими мерки, за да осигурят, продуктите, изброени в приложението, да не се внасят с търговска цел на тяхна територия.

2.  Държавите-членки незабавно информират Комисията за такива мерки.

▼M2

Член 2

Член 2

Настоящата директива се прилага от 1 октомври 1983 година.

▼B

Член 3

Член 3

Настоящата директива се прилага само за продукти, които не са резултат от традиционно ловуване от инуитския народ.

Член 4

Член 4

Адресати на настоящата директива са държавите-членки.

L-ANNESS

L-ANNESS


Nru

Nru ta' l-intestatura CCT *

Deskrizzjoni

1

eż 43.01

eż 43.02 A

Ġlud tal-pil mhux maħduma u ġlud tal-pil, kunzati jew imħejjija, inklużi l-ġlud tal-pil f'folji jew imsallba u għamliet simili:

— tal-friegħ tal-pil abjad tal-foki ta' l-arpa,

— tal-friegħ tal-foki tal-barnuż (ta' daharhom iswed)

2

eż 43.03

L-oġġetti mill-ġlud tal-pil riferiti fil-1


( 1 ) ĠU C 334, ta’ l-20.12.1982, p. 132.

( 2 ) ĠU C 346, tal-31.12.1982, p. 1.

( 3 ) ĠU C 14, tat-18.1.1983, p. 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.06.1989 00:00:00 -Doknr: CELEX:31983L0129
  • EULAW_BG -

    EULAW_BG