|
+Artikolu 6 3. |
Artikolu 6 3.L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu informazzjoni dwar skoperturi sovrani kif ġej:
(a)
meta l-ammont riportat aggregat ta’ assi finanzjarji mis-settur tal-kontroparti “Gvernijiet ġenerali” jkun daqs jew akbar minn 1 % tas-somma tal-ammont riportat totali għal “Titoli ta’ dejn” u “Self u avvanzi”, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 33, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 7, u għandhom isegwu l-istruzzjonijiet fl-Anness V rigward il-formola 4 fl-Anness III jew l-Anness IV, kif applikabbli, biex jikkalkulaw il-valuri rilevanti;
(b)
meta l-valur irrapportat għal skoperturi domestiċi ta’ assi finanzjarji mhux derivattivi kif definit fir-ringiela 0010, il-kolonna 0010 fl-Anness I, il-formola 33, ikun inqas minn 90 % tal-valur irrapportat għal skoperturi domestiċi u mhux domestiċi għall-istess punt ta’ data, istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness I, il-formola 33, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 7, b’diżaggregazzjoni sħiħa tal-pajjiżi;
(c)
l-istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) u li ma jissodisfawx il-kundizzjoni msemmija fil-punt (b) għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fil-formola 33, skont l-istruzzjonijiet fl-Anness II, il-Parti II, il-punt 7, bl-iskoperturi aggregati fi:
(i)
il-livell totali; u
(ii)
il-livell domestiku. Il-kriterji tad-dħul u l-ħruġ tal-Artikolu 4(3) għandhom japplikaw. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|