+Artikolu 11 Rapportar dwar informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata għall-istituzzjonijiet soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
|
Artikolu 11 Rapportar dwar informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata għall-istituzzjonijiet soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Sabiex jirrapportaw informazzjoni finanzjarja fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 430(3) jew (4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni kif speċifikat fl-Anness III fuq bażi konsolidata, f’konformità mal-istruzzjonijiet fl-Anness V.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa kif ġej:
(a)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 1, bi frekwenza trimestrali;
(b)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 3, bi frekwenza semiannwali;
(c)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 4, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni speċifikata fil-formola 47, bi frekwenza annwali;
(d)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 2, il-formola 20, bi frekwenza trimestrali meta l-istituzzjoni taqbeż il-limitu stabbilit fl-Artikolu 5(5), it-tieni subparagrafu;
(e)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 2, il-formola 21, bi frekwenza trimestrali fejn assi tanġibbli soġġetti għal kirjiet operattivi huma ugwali għal jew ogħla minn 10 % tal-assi tanġibbli totali kif irrapportat skont l-Anness III, il-Parti 1, il-formola 1.1;
(f)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 2, il-formola 22, bi frekwenza trimestrali fejn l-introjtu nett mit-tariffi u mill-kummissjonijiet huwa ugwali għal jew ogħla minn 10 % tas-somma tal-introjtu nett mit-tariffi u mill-kummissjonijiet u introjtu mill-imgħax nett kif irrapportat skont l-Anness III, il-Parti 1, il-formola 2;
(g)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 2, il-formoli 23 sa 26, bi frekwenza trimestrali, fejn iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin huma ssodisfati:
(i)
l-istituzzjoni mhijiex istituzzjoni żgħira u mhijiex mhux kumplessa;
(ii)
il-proporzjon bejn l-ammont ta’ self u avvanzi riportat gross tal-istituzzjoni li jaqa’ taħt l-Artikolu 47a(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-ammont ta’ self u avvanzi riportat gross totali li jaqa’ taħt l-Artikolu 47a(1) ta’ dak ir-Regolament huwa ta’ 5 % jew aktar;
(h)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III, il-Parti 4, il-formola 47, bi frekwenza annwali meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (g) ta’ dan il-paragrafu.
Għall-finijiet tal-punt (g)(ii), il-proporzjon ma għandux jinkludi self u avvanzi kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ, bilanċi ta’ flus f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn jew fid-denominatur jew fin-numeratur. Għall-finijiet tal-punti (d) sa (h) ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw il-kriterji tad-dħul u tal-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 4(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW_DA -
EULAW_DA
|