L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni fil-formati u r-rappreżentazzjonijiet tal-iskambju tad-data speċifikati mill-awtoritajiet kompetenti u filwaqt li jirrispettaw id-definizzjoni tal-punt tad-data tal-mudell tal-punt tad-data msemmi fl-Anness XIV u l-formoli ta’ validazzjoni msemmija fl-Anness XV kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
(a)
informazzjoni li mhijiex meħtieġa jew li mhijiex applikabbli ma tiġix inkluża f’sottomissjoni ta’ data;
(b)
il-valuri numeriċi għandhom jiġu sottomessi kif ġej:
(i)
il-punti ta’ data bit-tip ta’ data“Monetarja” għandhom jiġu rrapportati bl-użu minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet;
(ii)
il-punti ta’ data bit-tip ta’ data“Perċentwali” għandhom jiġu espressi bħala unità b’minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal erba’ ċifri deċimali;
(iii)
il-punti ta’ data bit-tip ta’ data“Integer” għandhom jiġu rrapportati billi ma jintużawx deċimali u preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet;
(c)
l-istituzzjonijiet u l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jiġu identifikati biss permezz tal-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) tagħhom;
(d)
l-entitajiet ġuridiċi u l-kontropartijiet għajr l-istituzzjonijiet u l-impriżi tal-assigurazzjoni oħrajn għandhom jiġu identifikati mil-LEI tagħhom meta disponibbli.