|
+Artikolu 3 2 |
Artikolu 3 22. Konsegwentement, grupp ma jistax: (a) jeserċita, direttament jew indirettament, poter ta’ tmexxija jew sorveljanza fuq l-attivitajiet tal-membri tiegħu stess jew fuq l-attivitajiet ta’ impriża oħra, partikolament fl-oqsma tal-personal, il-finanzi u l-investiment; (b) ikollu ishma ta’ kull kwalità f’impriża ta’ membru, direttament jew indirettament u jkun xi jkun il-bażi ta’ dan; li jkollu ishma f’impriża oħra għandu jkun possibbli biss safejn u sakemm huwa meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet tal-grupp u jekk isir fl-interess tal-membri tiegħu; (ċ) jimpjiega iktar minn 500 persuna; (d) jiġi wżat minn kumpanija sabiex isellef somma (ta’ flus) lil direttur tal-kumpanija, jew kull persuna li għandha x’taqsam magħha, meta s-self ta’ dawn is-somom huwa restritt jew kontrollat bir-regoli li jirregolaw il-kumpaniji ta’ l-Istati Membri. Grupp lanqas ma għandu jiġi wżat għat-trasferiment ta’ xi proprjeta bejn kumpanija u direttur jew kull persuna li għandha x’taqsam miegħu, għajr safejn u sakemm jiġu mħollija mil-liġijiet li jirregolaw il-kumpaniji ta’ l-Istati Membri. Għall-għanijiet ta’ din id-dispożizzjoni l-għemil ta’ self jinkludi d-dħul f’kull transazzjoni jew arranġament b’effett simili, u l-proprjeta tinkludi proprjeta mobbli u immobbli; (e) ikun membru ta’ Grupp ieħor Ewropew b’Interess Ekonomiku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|