+Artikolu 20 4.

Artikolu 20 4.

B’deroga mill-Artikolu 4, dan li ġej għandu japplika fir-rigward tal-limiti speċifikati fil-paragrafu 1, il-punt (a), u l-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja omm tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja mħallta omm tal-UE jew l-istituzzjoni awtonoma, kif applikabbli, għandha immedjatament tibda tirrapporta l-informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu meta l-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tagħha jaqbeż il-limitu speċifikat sa tmiem is-sena kontabilistika, u għandha tirrapporta din l-informazzjoni mill-inqas għall-aħħar ta’ dik is-sena kontabilistika u t-tliet dati ta’ referenza trimestrali sussegwenti;

(b) 

l-istituzzjoni prinċipali tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja omm tal-UE, il-kumpanija finanzjarja azzjonarja mħallta omm tal-UE jew l-istituzzjoni awtonoma, kif applikabbli, għandha tieqaf immedjatament tirrapporta l-informazzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu meta l-kejl tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tagħha jaqa’ taħt il-livell limitu speċifikat sa tmiem is-sena kontabilistika tagħha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_EL -

    EULAW_EL