|
+ANNESS XIII |
ANNESS XIII
ANNESS XIII STRUZZJONIJIET GĦAR-RAPPORTAR DWAR FINANZJAR STABBLI
PARTI I: STRUZZJONIJIET ĠENERALI 1. Dan l-anness ikopri l-istruzzjonijiet għall-formoli tal-proporzjon ta’ finanzjar stabbli nett (NSFR) li fih informazzjoni dwar entrati ta’ finanzjar stabbli meħtieġa u disponibbli, għall-fini tar-rapportar tal-NSFR kif speċifikat fit-Titolu IV tal-Parti Sitta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (CRR). L-entrati li ma għandhomx għalfejn jimtlew mill-istituzzjonijiet għandhom lewn griż. 2. Skont l-Artikolu 415(1) tas-CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-formola fil-munita ta’ rapportar, irrispettivament mid-denominazzjoni effettiva tal-assi, tal-obbligazzjonijiet u tal-entrati barra l-karta bilanċjali. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-formola fil-muniti korrispondenti skont l-Artikolu 415(2) tas-CRR. 3. Fir-rigward tal-kalkolu tal-NSFR, is-CRR jirreferi għal fatturi ta’ finanzjar stabbli. Il-kelma “fattur” fil-kuntest ta’ dawn l-istruzzjonijijiet tirreferi għal numru bejn 0 u 1, li mmultiplikat bl-ammont jagħti l-ammont ponderat, jiġifieri l-valur imsemmi fl-Artikolu 428c(2) tas-CRR. 4. Sabiex jevitaw għadd doppju, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jirrapportaw assi jew obbligazzjonijiet li huma assoċjati ma’ kollateral mibgħut jew irċevut bħala marġni ta’ varjazzjoni skont l-Artikolu 428k(4) tas-CRR u l-Artikolu 428ah(2) tas-CRR, marġni inizjali u kontribuzzjoni għall-fond tal-inadempjenza ta’ CCP skont il-punt (a) tal-Artikolu 428ag u l-punt (b) tal-Artikolu 428ag tas-CRR. 5. L-entrati provduti minn u estiżi għall-membri ta’ grupp jew skema ta’ protezzjoni istituzzjonali meta awtorità kompetenti tkun tat permess għall-applikazzjoni ta’ trattament preferenzjali skont l-Artikolu 428h tas-CRR għandhom jiġu rrapportati f’kategorija separata. Id-depożiti miżmuma fil-kuntest ta’ skema ta’ protezzjoni istituzzjonali jew network ta’ kooperazzjoni u li huma meqjusa bħala assi likwidi għandhom jiġu rrapportati bħala assi likwidi skont l-Artikolu 428 g tas-CRR. Entrati oħra fi grupp jew fi skema ta’ protezzjoni istituzzjonali għandhom jiġu rrapportati fil-kategoriji rilevanti. 6. Għall-finijiet ta’ rapportar, fil-kolonni msemmija “Ammont” il-valur kontabilistiku dejjem għandu jiġi rrapportat, ħlief għall-każijiet ta’ kuntratti tad-derivattivi, li għalihom l-istituzzjonijiet għandhom jirreferu għall-valur ġust kif speċifikat fl-Artikolu 428d(2) tas-CRR. 7. Għall-finijiet ta’ rapportar skont munita soġġetta għal rapportar separat kif previst fl-Artikolu 415(2) tas-CRR, fir-rigward tad-derivattivi kif previst fl-Artikolu 428d(4) tas-CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur ġust għal kull sett ta’ netting fil-munita tas-saldu tiegħu. Għas-settijiet tan-netting kollha b’muniti tas-saldu pariġġ għandu jiġi kkalkulat ammont nett skont l-Artikoli 428k(4) u 428ah(2) tas-CRR, u rrapportat fil-munita rilevanti soġġetta għal rapportar separat. F’dan il-kuntest, il-munita tas-saldu għandha tinftiehem bħala l-munita li fiha jkun ġie miftiehem is-saldu ta’ sett tan-netting. Sett tan-netting jirreferi għall-grupp ta’ ammonti riċevibbli u ammonti pagabbli li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ derivattivi ma’ kontroparti irrispettivament minn jekk humiex denominati f’munita differenti mill-munita tas-saldu. Fil-każ ta’ opzjoni minn diversi muniti, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tagħmel valutazzjoni tal-munita li s-saldu x’aktarx li jseħħ fiha u għandha tirrapporta biss f’dik il-munita separata. 8. L-ammont ta’ assi u obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta’ finanzjar tat-titoli (SFT) ma’ kontroparti unika u l-istess tip ta’ kollateral sottostanti (assi likwidi tal-livell 1 jew mhux tal-livell 1) skont l-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1) tas-CRR għandu jiġu rrapportat fuq bażi netta meta japplika l-Artikolu 428e tas-CRR. Fil-każ tal-SFTs b’baskets kollaterali sottostanti, il-kollateral anqas likwidu f’dik il-pula ta’ kollaterali għandu jinftiehem bħala l-ewwel wieħed mirhun. 9. Skont l-Artikolu 428ai tas-CRR, l-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi jistgħu jagħżlu, bil-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti tagħhom, li jikkalkulaw l-NSFR tagħhom skont il-metodoloġija simplifikata stabbilita fil-Kapitoli 6–7 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta tas-CRR. L-istituzzjonijiet li jużaw din il-metodoloġija simplifikata għall-kalkolu tal-proporzjon ta’ finanzjar stabbli nett għandhom jużaw il-formoli ta’ rapportar C 82.00 u C 83.00. L-istituzzjonijiet l-oħra kollha għandhom jużaw il-formoli ta’ rapportar C 80.00 u C 81.00. L-istituzzjonijiet kollha għandhom jirrapportaw il-formoli ta’ rapportar C 84.00. PARTI II: FINANZJAR STABBLI MEĦTIEĠ 1. Rimarki speċifiċi 10. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw fil-kategorija xierqa l-assi kollha li tagħhom għandhom is-sjieda benefiċjarja anke jekk ma jkunux kontabbilizzati fil-karta bilanċjali tagħhom. L-assi li tagħhom l-istituzzjonijiet ma għandhomx sjieda benefiċjarja ma għandhomx jiġu rrapportati anke jekk dawn l-assi jkunu kontabbilizzati fil-karta bilanċjali tagħhom. Fil-każ ta’ retro riakkwisti, meta l-assi meħuda b’self ma jiġux meqjusa fil-karta bilanċjali iżda l-bank li rċevihom ikollu s-sjieda benefiċjarja tagħhom, tiġi rrapportata biss il-parti tal-flus, jew il-komponent tal-kollateral jekk japplika fattur RSF ogħla. 11. F’konformità mal-Artikolu 428p tas-CRR, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-Kapitolu 4 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta tas-CRR, l-ammont ta’ finanzjar stabbli meħtieġ (RSF) għandu jiġi kkalkolat billi l-ammont ta’ assi u entrati barra l-karta bilanċjali jiġi mmultiplikat bil-fatturi ta’ finanzjar stabbli meħtieġ. 12. L-assi li huma eliġibbli bħala assi likwidi (HQLA) skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 għandhom jiġu rrapportati bħala tali, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament Delegat. Dawn l-assi għandhom jiġu rrapportati f’kolonni speċifikati irrispettivament mill-maturità residwa tagħhom. 13. L-assi kollha non-HQLA u l-entrati barra l-karta bilanċjali għandhom jiġu rrapportati b’diżaggregazzjoni skont il-maturità residwa tagħhom f’konformità mal-Artikolu 428q tas-CRR. Il-meded ta’ maturità tal-ammonti, il-fatturi standard u l-fatturi applikabbli huma dawn li ġejjin:
i.
Maturità residwa ta’ anqas minn sitt xhur jew mingħajr maturità ddikjarata;
ii.
Maturità residwa ta’ minimu ta’ sitt xhur iżda ta’ anqas minn sena;
iii.
Maturità residwa ta’ sena jew aktar. 14. Skont l-Artikolu 428q(3) tas-CRR, meta jikkalkolaw il-maturità residwa tal-assi non-HQLA u l-entrati barra l-karta bilanċjali, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu opzjonijiet, abbażi tal-preżunzjoni li l-emittent jew il-kontroparti se teżerċita kwalunkwe opzjoni biex testendi l-maturità tal-assi. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jqisu fatturi ta’ reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b’mod partikolari meta wieħed iqis l-aspettattivi tas-swieq u tal-klijenti li l-istituzzjoni tenħtieġ li testendi l-maturità ta’ ċerti assi fid-data ta’ maturità tagħhom. 15. Għal xi entrati, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-assi skont l-istatus ta’ u/jew il-maturità ta’ gravami ta’ dak l-ass skont il-paragrafi (4), (5) u (6) tal-Artikolu 428pCRR. 16. Il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet għall-formola ta’ rapportar C 80.00 hija parti mill-istruzzjonijiet biex jiġu speċifikati l-kriterji ta’ valutazzjoni tal-prijoritizzazzjoni għall-allokazzjoni ta’ kull entrata rrapportata sabiex jiġi żgurat rapportar omoġenu u komparabbli. L-istudju tal-ġerarkija tad-deċiżjonijiet waħdu mhuwiex biżżejjed, jiġifieri l-istituzzjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw mal-bqija tal-istruzzjonijiet. Għall-finijiet tas-sempliċità, il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet tinjora t-totali, is-subtotali u l-entrati “li minnhom”; madanakollu dan ma jfissirx li ma għandhomx jiġu rrapportati wkoll. 17. Kif speċifikat fl-Artikolu 428p(5) tas-CRR, meta istituzzjoni tuża mill-ġdid jew twiegħed mill-ġdid assi li ttieħed b’self, inkluż fi tranżazzjonijiet ta’ finanzjar tat-titoli, u dan ikun meqjus barra l-karta bilanċjali, it-tranżazzjoni li permezz tagħha jkun ittieħed b’self dak l-assi għandha tiġi ttrattata bħala gravata sa fejn din it-tranżazzjoni ma tistax timmatura mingħajr ma l-istituzzjoni tirritorna l-assi meħud b’self. Il-maturità residwa ta’ dan il-gravami għandha tkun l-ogħla bejn: i) il-maturità residwa tat-tranżazzjoni meta l-assi ttieħdu b’self u ii) il-maturità residwa tat-tranżazzjoni meta l-assi ġew mirhuna mill-ġdid.
2. Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi
3. Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi
PARTI III: FINANZJAR STABBLI DISPONIBBLI 1. Rimarki speċifiċi 18. L-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji kollha għandhom jiġu rrapportati b’diżaggregazzjoni skont il-maturità residwa tagħhom skont l-Artikolu 428j tas-CRR. Il-meded ta’ maturità tal-ammonti, il-fatturi ta’ finanzjar stabbli disponibbli (ASF) standard u l-fatturi ASF applikabbli huma dawn li ġejjin:
i.
Maturità residwa ta’ anqas minn sitt xhur jew mingħajr maturità ddikjarata;
ii.
Maturità residwa ta’ minimu ta’ sitt xhur iżda ta’ anqas minn sena;
iii.
Maturità residwa ta’ sena jew aktar. 19. L-obbligazzjonijiet kollha b’maturità residwa ta’ sena jew aktar għandhom ikunu soġġetti għal fattur ASF ta’ 100 %, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428k sa 428n tas-CRR, skont l-Artikolu 428o tas-CRR. 20. Id-depożiti kollha ta’ bla avviż għandhom jiġu rrapportati fil-medda li tirreferi għall-obbligazzjonijiet b’maturità residwa ta’ anqas minn sitt xhur. 21. Skont l-Artikolu 428j(2) tas-CRR, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-opzjonijiet eżistenti biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta’ obbligazzjoni jew tal-fondi proprji. Huma għandhom jagħmlu dan fuq is-suppożizzjoni li l-kontroparti tifdi opzjonijiet ta’ xiri fl-eqreb data possibbli. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-fatturi ta’ reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità ta’ istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b’mod partikolari l-aspettattivi tas-suq li l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jifdu ċerti obbligazzjonijiet qabel il-maturità tagħhom. 22. Barra minn hekk, kif stabbilit fl-Artikolu 428o tas-CRR, entrati addizzjonali tal-Grad 1, entrati tal-Grad 2 u kwalunkwe strument kapitali ieħor b’opzjonijiet espliċiti jew inkorporati li, jekk eżerċitati (anki jekk ikunu għadhom mhumiex eżerċitati fid-data ta’ referenza tar-rapportar), inaqqsu l-maturità residwa effettiva fid-data ta’ referenza tar-rapportar għal anqas minn sena ma għandhomx jirċievu fattur ASF ta’ 100 %. 23. Skont l-Artikolu 428j(3) tas-CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw depożiti b’perjodi ta’ notifika fissi skont il-perjodu ta’ notifika tagħhom, u jittrattaw id-depożiti b’terminu skont il-maturità residwa tagħhom. B’deroga mill-paragrafu 21, l-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu opzjonijiet għall-prelevamenti bikrija, meta d-depożitant irid iħallas penali materjali għal prelevamenti bikrija li jseħħu f’anqas minn sena, it-tali penali kif stabbilit fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta’ depożiti b’terminu fil-livell tal-konsumatur. 24. Il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet għall-formola ta’ rapportar C 81.00 hija parti mill-istruzzjonijiet biex jiġu speċifikati l-kriterji ta’ valutazzjoni tal-prijoritizzazzjoni għall-allokazzjoni ta’ kull entrata rrapportata sabiex jiġi żgurat rapportar omoġenu u komparabbli. L-istudju tal-ġerarkija tad-deċiżjonijiet waħdu mhuwiex biżżejjed, jiġifieri l-istituzzjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw mal-bqija tal-istruzzjonijiet. Għall-finijiet tas-sempliċità, il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet tinjora t-totali, is-subtotali u l-entrati “li minnhom”; madanakollu dan ma jfissirx li ma għandhomx jiġu rrapportati wkoll.
2. Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi
3. Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi
PARTI IV: FINANZJAR STABBLI MEĦTIEĠ SIMPLIFIKAT 1. Rimarki speċifiċi 25. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw fil-kategorija xierqa l-assi kollha li tagħhom għandhom is-sjieda benefiċjarja anke jekk ma jkunux kontabbilizzati fil-karta bilanċjali tagħhom. L-assi li tagħhom l-istituzzjonijiet ma għandhomx sjieda benefiċjarja ma għandhomx jiġu rrapportati anke jekk dawn l-assi jkunu kontabbilizzati fil-karta bilanċjali tagħhom. 26. F’konformità mal-Artikolu 428aq tas-CRR, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-Kapitolu 7 tat-Titolu IV tal-Parti Sitta tas-CRR, l-ammont ta’ finanzjar stabbli meħtieġ (RSF) jiġi kkalkolat billi l-ammont ta’ assi u entrati barra l-karta bilanċjali jiġi mmultiplikat bil-fatturi ta’ finanzjar stabbli meħtieġ. 27. L-assi li huma eliġibbli bħala assi likwidi (HQLA) skont ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 għandhom jiġu rrapportati bħala tali, irrispettivament minn jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti operazzjonali msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament Delegat. Dawn l-assi għandhom jiġu rrapportati f’kolonni speċifikati irrispettivament mill-maturità residwa tagħhom. 28. L-assi kollha non-HQLA u l-entrati kollha barra l-karta bilanċjali għandhom jiġu rrapportati b’diżaggregazzjoni skont il-maturità residwa tagħhom skont l-Artikolu 428ar tas-CRR. Il-meded ta’ maturità tal-ammont, il-fatturi standard u l-fatturi applikabbli huma dawn li ġejjin:
i.
Maturità residwa ta’ anqas minn sena jew mingħajr maturità ddikjarata;
ii.
Maturità residwa ta’ sena jew aktar. 29. Meta jikkalkulaw il-maturità residwa ta’ assi non-HQLA u entrati barra l-karta bilanċjali, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu opzjonijiet, abbażi tas-suppożizzjoni li l-emittent jew il-kontroparti se teżerċita xi opzjoni biex testendi l-maturità tal-assi. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jqisu fatturi ta’ reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b’mod partikolari meta wieħed iqis l-aspettattivi tas-swieq u tal-klijenti li l-istituzzjoni tenħtieġ li testendi l-maturità ta’ ċerti assi fid-data ta’ maturità tagħhom. 30. Għal xi entrati, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw assi skont l-istatus tal-gravami ta’ dak l-assi u/jew il-maturità tagħha skont il-paragrafi (4), (5) u (6) tal-Artikolu 428aq tas-CRR. 31. Il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet għall-formola ta’ rapportar C 82.00 hija parti mill-istruzzjonijiet biex jiġu speċifikati l-kriterji ta’ valutazzjoni tal-prijoritizzazzjoni għall-allokazzjoni ta’ kull entrata rrapportata sabiex jiġi żgurat rapportar omoġenu u komparabbli. L-istudju tal-ġerarkija tad-deċiżjonijiet waħdu mhuwiex biżżejjed, jiġifieri l-istituzzjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw mal-bqija tal-istruzzjonijiet. Għall-fini tas-sempliċità, il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet tinjora t-totali u s-subtotali; madanakollu dan ma jfissirx li ma għandhomx jiġu rrapportati wkoll. 32. Kif speċifikat fl-Artikolu 428aq(5) tas-CRR, meta istituzzjoni tuża mill-ġdid jew twiegħed mill-ġdid assi li jkun ittieħed b’self, inkluż fi tranżazzjonijiet ta’ finanzjar tat-titoli, u dan ikun tqies bħala barra l-karta bilanċjali, it-tranżazzjoni li permezz tagħha jkun ittieħed b’self dak l-assi għandha tiġi ttrattata bħala gravata sa fejn din it-tranżazzjoni ma tistax timmatura mingħajr ma l-istituzzjoni tirritorna l-assi meħud b’self.
2. Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi
3. Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi
PARTI V: FINANZJAR STABBLI SIMPLIFIKAT DISPONIBBLI 1. Rimarki speċifiċi 33. L-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji kollha għandhom jiġu rrapportati b’diżaggregazzjoni skont il-maturità kuntrattwali residwa tagħhom skont l-Artikolu 428ak tas-CRR. Il-meded ta’ maturità tal-ammonti, il-fatturi ta’ finanzjar stabbli disponibbli (ASF) standard u l-fatturi ASF applikabbli huma dawn li ġejjin:
i.
Maturità residwa ta’ anqas minn sena jew mingħajr maturità ddikjarata;
ii.
Maturità residwa ta’ sena jew aktar. 34. L-obbligazzjonijiet kollha b’maturità residwa ta’ sena jew aktar għandhom ikunu soġġetti għal fattur ASF ta’ 100 %, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Artikoli 428al sa 428ao tas-CRR, skont l-Artikolu 428ap tas-CRR. 35. Id-depożiti kollha ta’ bla avviż għandhom jiġu rrapportati fil-medda li tirreferi għall-obbligazzjonijiet b’maturità residwa ta’ anqas minn sena. 36. Skont l-Artikolu 428ak(2) tas-CRR l-istituzzjonijiet għandhom iqisu l-opzjonijiet eżistenti biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta’ obbligazzjoni jew ta’ fondi proprji. Huma għandhom jagħmlu dan fuq is-suppożizzjoni li l-kontroparti tifdi opzjonijiet ta’ xiri fl-eqreb data possibbli. Għal opzjonijiet li jistgħu jiġu eżerċitati fid-diskrezzjoni tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-fatturi ta’ reputazzjoni li jistgħu jillimitaw il-kapaċità ta’ istituzzjoni li ma teżerċitax l-opzjoni, b’mod partikolari l-aspettattivi tas-suq li l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jifdu ċerti obbligazzjonijiet qabel il-maturità tagħhom. 37. Barra minn hekk, kif stabbilit fl-Artikolu 428ap tas-CRR, entrati addizzjonali tal-Grad 1, entrati tal-Grad 2 u kwalunkwe strument kapitali ieħor b’opzjonijiet espliċiti jew inkorporati li, jekk eżerċitati (anki jekk ikunu għadhom ma ġewx eżerċitati fid-data ta’ referenza tar-rapportar), inaqqsu l-maturità residwa effettiva fid-data ta’ referenza tar-rapportar għal anqas minn sena ma għandhomx jirċievu fattur ASF ta’ 100 %. 38. Skont l-Artikolu 428ak(3) tas-CRR, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw depożiti b’perjodi ta’ notifika fissi skont il-perjodu ta’ notifika tagħhom, u jittrattaw id-depożiti b’terminu skont il-maturità residwa tagħhom. B’deroga mill-paragrafu 36, l-istituzzjonijiet ma għandhomx iqisu opzjonijiet għall-prelevamenti bikrija, meta d-depożitant irid iħallas penali materjali għal prelevamenti bikrija li jseħħu f’anqas minn sena, it-tali penali kif stabbilit fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61, biex jiddeterminaw il-maturità residwa ta’ depożiti b’terminu fil-livell tal-konsumatur. 39. Il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet għall-formola ta’ rapportar C 83.00 hija parti mill-istruzzjonijiet biex jiġu speċifikati l-kriterji ta’ valutazzjoni tal-prijoritizzazzjoni għall-allokazzjoni ta’ kull entrata rrapportata sabiex jiġi żgurat rapportar omoġenu u komparabbli. L-istudju tal-ġerarkija tad-deċiżjonijiet waħdu mhuwiex biżżejjed, jiġifieri l-istituzzjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw mal-bqija tal-istruzzjonijiet. Għall-fini tas-sempliċità, il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet tinjora t-totali u s-subtotali; madanakollu dan ma jfissirx li ma għandhomx jiġu rrapportati wkoll.
2. Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi
3. Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi
PARTI VI: NSFR FIL-QOSOR 1. Rimarki speċifiċi 40. L-għan ta’ dan il-formola huwa li jipprovdi informazzjoni dwar il-proporzjon ta’ finanzjar stabbli nett, kemm għall-istituzzjonijiet li jirrapportaw l-NSFR sħiħ (formoli ta’ rapportar C 80.00 u C 81.00) kif ukoll għall-istituzzjonijiet li jirrapportaw l-NSFR simplifikat (formoli ta’ rapportar C 82.00 u C 83.00). 41. Skont l-Artikolu 428b(1) tas-CRR, ir-rekwiżit tal-finanzjar stabbli nett stipulat fl-Artikolu 413(1) tas-CRR għandu jkun daqs il-proporzjon tal-finanzjar stabbli disponibbli tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 3 u 6 għall-finanzjar stabbli meħtieġ tal-istituzzjoni kif imsemmi fil-Kapitolu 4 u 7 u għandu jiġi espress bħala perċentwal. Ir-regoli għall-kalkolu tal-proporzjon huma stabbiliti fil-Kapitolu 2. 42. L-entrati fir-ringieli minn 0010 sa 0210 għandhom ikunu l-istess bħal dawk ekwivalenti rrapportati fil-formoli ta’ rapportar C 80.00 sa C 83.00. 2. Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi
3. Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|